Il-piloti tal-AirMalta miżmumin milli jieħdu azzjoni

  • Lul 23, 2019 14:51
  • Miktub minn iNews
"

    L-Imħallef Toni Abela laqa’ t-talba tal-AirMalta biex iwaqqaf lill-Assoċjazzjoni tal-Piloti (ALPA) milli tieħu azzjonijiet fil-konfront tal-linja tal-ajru.

    Huwa kien diġa laqa’ it-talba b’mod proviżorju u wara li sema x-xhieda ikkonfermaha b’mod permanenti fejn sostna li l-AirMalta rnexxielha tipprova li għandha drittijiet x’tipproteġi.

    L-ALPA kienet tat direttiva lill-membri tagħha biex jibdew it-titjira nofs siegħa wara l-ħin maħsub bl-AirMalta tirrikorri mill-ewwel għall-Qorti biex twaqqaf l-azzjonijiet tagħha.

    Iż-żewġ naħat m’humiex jaqblu dwar it-talba tal-piloti tal-ajru biex f’każ ta’ skema ta’ irtirar kmieni ta’ 55 sena jingħataw is-somma ta’ €700,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0