“Fir-rigward tax-xiri tal-bini fis-snin li ġejjin kollox iħoll u jorbot kemm il-banek se jagħmluha faċli biex in-nies jissellfu”

  • Lul 23, 2019 15:07
  • Miktub minn iNews
"

    Intervista mad-Direttur Maniġerjali tal-Owners' Best, Vince Baldacchino

     

    Qed jissemma’ li qisu s-suq tal-propretà minn Jannar ‘l hawn ikkalma xi ftit f’dak li hu bejgħ. Hu minnu dan u x’qed iwassal għal dan? 

    Naqbel li kien ftit iktar kwiet meta mqabbel mas-sena ta’ qabel però xorta waħda għadu suq b’saħħtu. Il-prezz li klijent jaffordja huwa l-fattur prinċipali. Iktar ma jogħlew il-prezzijiet inqas issib min jista’ jaffordja. 

    Hawn min qed jargumenta li fi żmien 10 jew 15-il sena se jkunu naqsu n-nies li jinvestu biex jixtru djarhom u dan minħabba li se jibdew jagħżlu li jikru. X’tikkummenta dwar dan ix-xenarju? 

    Ibqa’ ċert li kulħadd jippreferi li jixtri milli jikri. Kulħadd jaf li meta wieħed jixtri għandu xi ħaġa tiegħu li se jgawdiha matul ħajtu kollha. Barra minn hekk se jkollu investiment li minn sena għal oħra se jogħla fil-valur. Kollox iħoll u jorbot kemm il-banek se jagħmluha faċli jew diffiċli biex in-nies jissellfu. 

    Hemm pajjiżi barra minn Malta fosthom Singapore fejn bnew unit residenzjali pjuttost żgħar, tip ta’ studio flats għall-barranin. Dawn ikunu units żgħar sa 50 metru kwadru. Taqbel li kunċett simili għadu jiddaħħal f’pajjiżna? Għaliex? 

    Jien nemmen li minbarra l-appartamenti li għandna llum, wasal iż-żmien li jibdew jinbnew units iżgħar. Ir-raġuni prinċipali hi li min ma tantx jista’ jonfoq, tal-inqas xorta jkun jaffordja jixtri proprjetà u jkollu saqaf fuq rasu. 

    Raġuni oħra hi li min jixtieq jikri, ikun jista’ jsib proprjetà żgħira bil-privatezza kollha tagħha u ma jkollux għalfejn jaqsam l-appartament ma’ ħaddieħor kif qed jiġri llum. 

    Fl-opinjoni tiegħek x’taħseb li għandna nieqes fis-settur tal-proprjetà u li l-Gvern għandu jikkonsidra li jdaħħal biex is-suq ikompli miexi ‘l quddiem? 

    Kulħadd jaf li ħafna nies għandhom bżonn “loan” biex jixtru proprjetà. Tkun idea tajba għal dawk li jieħdu “loan” li l-interessi li jeħlu fuq il-pagament tal-loan jitnaqqsu mit-taxxa fuq id-dħul. Illum għal fini ta’ taxxa ma teżistix differenza jekk wieħed għandux loan jew le. B’miżura bħal din iktar nies jagħmlu kuraġġ jieħdu loan u anke jispiċċaw bi flus iktar f’idejhom grazzi għal taxxa inqas li jispiċċaw iħallsu kull sena. 

    Jinkwetak il-mod ta’ kif il-prezzijiet tal-proprjetà qed jiżdiedu f’pajjiżna? Jekk se jibqgħu jiżdiedu b’din ir-rata taħseb li se naslu f’punt li se jkollna żgħażagħ li ma jkunux kapaċi jixtri l-ewwel proprjetà tagħhom? 

    Importanti li l-prezz tal-proprjetà jogħla għax jekk ma jogħliex ma jibqax investiment tajjeb. 

    Però meta l-prezzijiet jiżdiedu b’mod mgħaġġel ħafna jien ninkwieta li se jkun hemm inqas nies li jaffordjaw il-prezz allura jista’ jkun li se jkun hemm inqas nies li jixtru. 

    Kif taħseb li l-Gvern għandu jindrizza ż-żieda fil-prezzijiet tal-bini biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jixtru l-ewwel dar tagħhom? 

    It-tneħħija tat-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €150,000 kienet inizjattiva li għenet ħafna lil min qed jixtri l-ewwel dar tiegħu. 

    Kieku l-Gvern isib metodu kif jista’ jgħin liż-żgħażagħ biex ikollhom parti mil-loan sussidjat, nemmen li din il-miżura tgħin ħafna iktar żgħażagħ isiru sidien ta’ djarhom. 

    Fl-aħħar ġimgħat rajna diversi inċidenti fil-kostruzzjoni u dan wassal biex inħarġu regolamenti ġodda. X’inhuma l-kummenti tiegħek fuq dawn ir-regolament? Taħseb li huma biżżejjed? 

    Ir-regolamenti l-ġodda ma tantx ivarjaw mir-regolamenti li kien hemm qabel. 

    Jekk kulħadd joqgħod attent u jwettaq ix-xogħol skont is-sengħa u l-arti żgur li l-inċidenti jonqsu drastikament. Ikun hemm kemm ikun hemm regolamenti dejjem trid tiġi mill-individwi li jkunu qed jaħdmu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0