Wiegħdu li jdaħħlu l-Freeport u ħadlu €9,000

  • Lul 23, 2019 15:23
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta’ 62 sena kien ikkundannat 13-il xahar ħabs wara li nstab ħati li iffroda ieħor madwar €9,000 meta ħadlu din is-somma bil-wegħda li se jsiblu impjieg fil-Freeport.

    Giulio Zarb, li fil-preżent qed jiskonta piena ta’ ħabs fuq każ ieħor, kien mixli li f’Ottubru 2009, u fix-xhur ta’ qabel, iffroda lil Carmel Falzon kif ukoll li żamm flus li kienu tiegħu.

    Falzon qal lill-Pulizija li huwa ltaqa’ ma’ Zarb meta kien qed jaħdem viċin ir-residenza tal-akkużat u t-tnejn li huma saru ħbieb.

    Zarb wegħdu li se jsiblu xogħol il-Freeport b’Falzon jgħaddilu kwazi €9,000 li suppost kellhom imorru biex jipproċessalu l-applikazzjoni u xi tariffi oħra.

    Għalkemm baqa’ ma daħalx fil-Freeport, Zarb ma rritornalux il-flus u għalkemm tah il-Quickcash il-PIN kien ħażin u kien hawn li Falzon mar jagħmel ir-rapport lill-Pulizija.

    Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli rriżulta li meta Falzon kellem kuġina tiegħu u qalilha li kien qed jipprova jidħol il-Freeport din qaltlu li semgħet fuq l-aħbarijiet li kien hemm raġel tressaq fuq frodi u meta ikkonfronta lil Zarb dan tah l-assikurazzjoni li kien se jidħol.

    Falzon irrealizza li Zarb kien qed jidħak bih meta kien hemm raġel ieħor li qallu li l-akkużat kien daħak bih.

    Wara li semgħet ix-xiehda ta’ Falzon, il-Maġistrat Demicoli rrimarkat li hija konvinta li kien qal il-verita u għalhekk sabet lil Zarb ħati li iffrodah.

    Meta ġiet biex tagħti l-piena ikkunsidrat fost oħrajn il-fatt li huwa diġa qed jinżamm il-Ħabs u għalhekk ma setgħetx tikkundannaha għal piena ta’ ħabs sospiża kif ukoll li huwa ma rritornax il-flus.

    Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mis-Supretendent Maurice Curmi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0