Correa ma’ Milan, Silva ma’ Monaco

  • Lul 23, 2019 16:31
  • Miktub minn iNews
"

    Milan huma lesti li f’din l-aħħar ġimgħa ta’ Lulju jiċċaqalqu iktar f’dak li għandu x’jaqsam is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. L-attakkant ta’ Atletico Madrid Angel Correa ser jingħaqad mar-Rossoneri. Dan huwa attakkant Arġentin li twieled fil-belt ta’ Rosario u li għandu 24 sena u li kapaċi jilgħab ukoll bħala winger. Hu kien ilu ħames snin mal-Colchoneros fejn skorja 20 goal f’130 dehra magħhom.

    Sadanittant dan it-trasferiment ifisser li l-iskorer prolifiku Portugiż Andre Silva ser iħalli lil Milan u jingħaqad ma’ Monaco fi Franza. Silva ftit kellu suċċessi mat-tim mill-belt ta’ Milan u hu stess kellu ġenn sabiex isib tim ġdid u jipprova jerġa’ jagħti ħajja lill-karriera tal-football tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0