Conte jrid aktar players ta’ kalibru

  • Lul 23, 2019 16:36
  • Miktub minn iNews
"

    Skond diversi osservaturi u kritiċi tal-futbol Taljan, l-aħħar ġimgħa ta’ Lulju għandha tkun waħda deċiżiva għall-futur tal-iskwadra ta’ Inter. Matul il-lejla tal-bieraħ kien hemm ikla ġo restaurant lussuż bejn l-ogħla awtoritajiet Nerazzurri immexxija minn Beppe Marotta u li fiha kienu preżenti Piero Ausilio, Zhang Jindong u l-coach Antonio Conte.

    Dan tal-aħħar qed jippretendi li jinxtraw players ta’ kalibru jekk iridu jikkompetu bis-serjetá ma’ Juventus fil-kampjonat Taljan u fuq kollox jaqtgħu figura tajba fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

    Conte qed jitlob li jkollu attakkant fejn ħafna baqgħu jsemmu lil Romelu Lukaku ta’ Manchester United u Edin Dzeko ta’ Roma. Min-naħa l-oħra, l-ex coach ta’ Juventus u Chelsea jrid plejer b’saħħtu f’nofs il-grawnd għalkemm ma ssemma’ l-ebda isem partikolari.

    Conte kien ferm kritiku wara t-telfa li n-Nerazzurri kellhom kontra Manchester United fi tmiem il-ġimgħa fit-turnament internazzjonali li qed isir fl-Asja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0