Jiġbru €20,000 f'inqas minn 24 siegħa biex jiftħu proċeduri legali kontra l-proġett tas-Central Link

  • Lul 23, 2019 18:12
  • Miktub minn iNews
"

    F’inqas minn 24 siegħa nġabret is-somma ta’ €20,000 bil-għan li jinfetħu proċeduri legali kontra l-proġett tas-Central Link li fil-jiem li għaddew kien approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Fi stqarrija konġunta l-NGOs wara l-ġbir tal-fondi qalu li “llum, ir-residenti u ċ-ċittadini komuni wrew li l-oppożizzjoni għal dan il-proġett huwa ferm aktar mifrux milli l-Gvern kien qed jistenna, b’mod speċjali mir-residenti fiż-żoni affettwati”.

    L-NGOs żiedu jgħidu li huma kuntenti ferm bl-appoġġ li rċevew matul dawn l-aħħar siggħat. Huma qalu li issa se jkunu qed jiddiskutu l-passi li jmiss mat-tim legali biex ikunu jistgħu jfasslu pjan kif se jegħlbu l-isfidi legali quddiemhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0