Il-ġbid ta' “Fast & Furious 9” jitwaqqaf għal jum kaġun ta' inċident li ħalla lil stuntman jissielet għal ħajtu

  • Lul 23, 2019 19:39
  • Miktub minn iNews
"

    L-istuntman Joe Watts, li attwalment qed jaħdem fil-ġbid tal-film “Fast & Furious 9” jinsab f’koma medika wara li kien involut f’inċident kbir ilbieraħ waqt il-ġbid ta’ xena tal-film fir-Renju Unit.

    L-inċident – li kien deskritt bħala li ħalla lil Watts bi ġrieħi serji f’rasu wara waqgħa mill-għoli – ra lill-produzzjoni twaqqaf il-ġbid tal-film għall-kumplament tal-ġurnata f’Leavesden Studios hekk kif fuq il-post issejħu paramediċi u timijiet mediċi.

    Intant il-midja Brittanika qed tirrapporta li minkejja li jinsab f’koma medika, Watts jinsab f’kundizzjoni stabbli.

    Huwa ħadem f’diversi films magħrufa fosthom Mission: Impossible – Fallout, Jurassic World - Fallen Kingdom, Solo: A Star Wars Story, u Kingsman: The Golden Circle.

    Il-midja Brittanika intant qed tgħid li l-ġbid tal-film kompla llum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0