Investiment ta’ €28 miljun għall-Proġett ta’ Riġenerezzjoni tal-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa

  • Lul 23, 2019 19:08
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima ħabbar investiment ta’ €28 miljun għar-riġenerazjoni tal-korsa taż-żwiemel fil-Marsa. Dan wara li dan il-proġett ġie approvat b’mod unanimu mill-Parlament. 

    Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima spjega li l-investiment f’dan is-sit se jirdoppja u se jiġi ottimizzat b’vantaġġi u opportunitajiet sabiex ikompli jikber dan l-isport b’mod aktar dinamiku.

    Huwa spjega wkoll li matul is-sena li għaddiet attendew mas-60,000 persuna għat-tiġrijiet taż-żwiemel. “Din hi l-missjoni tal-Gvern, li jitfa’ l-isport fuq l-ogħla aġenda politika, u għamilna enfasi li l-parti sportiva tkun ċentrali u titlesta fl-iqsar żmien possibli. Huwa importanti li d-dilettanti jkomplu jgawdu l-isport tagħhom”, saħaq is-Segretarju Parlamentari Grima.

    Dan il-proġett beda wara talba għal proposta fl-2015 għal konċessjoni fuq dan il-proġett u li kien hemm sottomissjoni ta’ proposta waħda mill-Malta Race Track Ltd (MRTL). Sadanittant, il-Kumitat tal-Evalwazzjoni u l-Aġġudikazzjoni (EAC) evalwa il-proposta tal-MRTL u ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-kumpanija biex jiddiskuti aktar il-proposta fid-dettall. L-EAC ikkonkluda li s-sottomissjoni tal-MRTL hija konformi mad-dokument tat-talba għal proposta.

    Il-proġett se jinkorpora numru ta’ attivitajiet anċillari li se jwasslu għal din il-korsa fuq livell internazzjonali. Dan l-investiment se jinvolvi żona miftuħa ta’ rikreazzjoni u anke dik edukattiva għall-familja kollha kif ukoll faċilità internazzjonali tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Din tal-aħħar fost l-oħrajn se tinkludi: korsa tat-tlielaq taż-żwiemel li tippermetti avvenimenti ta’ tiġrijiet, li jinkludutrottinggalloping u tlielaq għall-ponies; faċilitajiet moderni u l-ewwel tax-xorta tagħhom li għandhom jintużaw għad-dressage kif ukoll kompetizzjonijiet ta’ show jumping u horse shows; kif ukoll stand massiva b’kapaċità ta’ 3,400 spettatur li minnhom 1,500 huma bilqiegħda; faċilitajiet importanti oħra għat-taħriġ apparti stalel bħal faċilitajiet ta’ doping, kmamar għall-jockeys u oħrajn. Prijorità ewlenija f’dan l-investiment hija l-benessri taż-żwiemel u annimali u se jkun hemm SPA apposta għalihom.

    L-investiment se jipprovdi faċilitajiet ta’ parkeġġ b’kapaċità minima ta’ 1,200 spazju għall-parkeġġ u se jiżviluppa venda għall-karozzi tal-linja fi ħdan il-pjan terran tal-parkeġġ propost bla ħlas għal Transport Malta. Barra minn hekk, dan il-proġett se jkun wieħed eko-sostenibbli hekk kif l-Enemalta se tgawdi drittijiet esklussivi biex tinstalla panelli solari fuq il-binja tas-saqaf. 

    Waqt li se jkun għaddej ix-xogħol fuq dan il-proġett, il-programm tat-tiġrijiet taż-żwiemel ser ikompli. Il-perjodu stipulat ta’ meta jitlestew ix-xogħlijiet huwa ta’ erba’ snin minn meta joħorġu l-permessi u l-liċenżji relattivi kollha jew mill-iffirmar tal-Ftehim ta’ Konċessjoni, bit-trakka li għandha tkun lesta fl-ewwel sitt xhur waqt li l-istand għandha tkun lesta fi żmien 18-il xahar. Sadanittant, l-MRTL se tkun qed tonora l-kuntratti kurrenti kollha tal-impjiegi li huma fis-seħħ bħalissa bejn il-Malta Racing Club u l-impjegati tagħha. Fil-perjodu tal-konċessjoni ta’ 65 sena, l-konsorzju se jkun l-uniku parti responsabbli għall-manutenzjoni u żamma tas-sit u l-proprjetà immobbli kollha

    Il-Malta Racing Club (MRC) se jkollu l-kapaċità esklussiva li jirregola t-tlielaq taż-żwiemel, fejn se tiġi mwaqqfa awtorità li hija l-ewwel tax-xorta tagħha f’dan il-qasam ta’ sport. L-MRTL se jaġixxi bħala l-operatur tal-Malta Racing Track u faċilitajiet assoċjati. L-MRC bħala awtorità se jkollu r-responsabbiltà li jirreġistra żwiemel u annimali oħra li jistgħu jipparteċipaw f’avvenimenti tat-tiġrijiet, iżomm database bl-informazzjoni kollha dwar annimali reġistrati u jiżgura li jinżammu l-istandards ta’ kwalità ta' annimali reġistrati.

    Iċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg qal li dan huwa mument li ilhom jistennew ħafna s-sidien taż-żwiemel u d-dilettanti ta’ dan l-isport. Huwa saħaq dwar kif kienet impossibli li għall-Malta Racing Club sabiex tidħol f’investiment bħal dan waħedha. “Fl-aħħar qed insibu nies li lesti jinvestu biex isir dan l-investiment u jsir bis-serjetà”, temm jgħid is-Sur Borg. 

    Dr Pio Valletta, membru fi ħdan il-konsorzju u membru fit-tim legali tal-proġett, qal li dan il-proġett se jgħaqqad in-nies ta’ Malta u se joffri destinazzjoni ta’ divertiment għall-familji kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0