L-ewwel business forum bejn Malta u l-Bangladesh: esplorati opportunitajiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi

  • Lul 23, 2019 20:11
  • Miktub minn iNews
"

    L-ewwel business forum bejn Malta u l-Bangladesh sar illum bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Trade Malta, u l-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriżi u Industrija li kien immirat biex itejjeb ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi permezz ta’ aċċen fuq opportunitajiet reċiproki offruti mill-ambjent tan-negozju fiż-żewġ pajjiżi rispettivi. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela indirizza l-komunità tan-negozju li attendiet dan il-forum, li huma interessati biex jesploraw opportunitajiet ta’ kummerċ bejn Malta u l-Bangladesh.

    Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Carmelo Abela rrimarka li dan il-business forum huwa prova ċara tal-progress li qed jiġi rreġistrat fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa tkellem fuq it-tkabbir ekonomiku b’saħħtu li ż-żewġ pajjiżi esperjenzaw fl-aħħar snin u nnota li r-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u l-Bangladesh esperjenzaw żieda konsiderevoli, fejn il-kummerċ żdied minn madwar żewġ miljun ewro fis-sena bejn is-sena 2004 u l-2013, għal madwar ħames miljun ewro fl-aħħar ħames snin.

     “Permezz tal-konnessjonijiet marittimi u anke dawk tal-ajru, Malta wriet abbiltà ppruvata li sservi bħala hub loġistiku għall-Ewropa kif ukoll għall-Afrika. Konnessjonijiet b’saħħithom bħal dawn joffru potenzjal b’saħħtu għall-kollaborazzjoni, partikolarment għal kumpaniji li qed ifittxu modi effettivi biex jikkrejaw opportunitajiet għan-negozju fiż-żewġ kontinenti”, qal il-Ministru Abela. Huwa żied jgħid li r-rabtiet internazzjonali tan-negozju huma ffaċilitati permezz ta’ double taxation agreements li Malta għanda ma aktar minn 70 pajjiż, filwaqt li l-fatt li Malta hija membru tal-Unjoni Ewropea ifisser li hawn aċċess dirett għas-suq ħieles Ewropew.

    Il-Ministru Abela rrefera għall-importanza tat-tiġdid ekonomiku ta’ Malta għall-ħidma tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-ambaxxati u kif ukoll il-konsulati. Huwa enfasizza l-impenn tal-Ministeru tiegħu biex jippromwovi l-Malta bħala destinazzjoni għan-negozju, l-kummerċ, it-turiżmu, is-saħħa u l-edukazzjoni, fost l-oħrajn.

    Apparti hekk, Carmelo Abela wera l-appoġġ ta’ Malta fejn jidħol il-progress tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bangladesh. Huwa faħħar lill-Bangladesh għat-tkabbir ekonomiku b’saħħtu li rnexxielhom jilħqu, fejn fl-2019 dan kien ta’ 7% u nnota li similarment, Malta rat żieda fil-Prodott Gross Domestiku tagħha fejn issa hija wkoll l-aktar ekonomija li qed tikber b’rittmu mgħaġġel fl-Unjoni Ewropea.

    Il-Ministru kkonkluda billi rrefera għaż-żewġ memoranda ta’ ftehim li ġew iffirmati llum bejnu u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Bangladesh Dr AK Abdul Moment. L-ewwel MoU kien jirrigwardja l-konsultazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li t-tieni wieħed jikkonċerna l- Mediterranean Academy of Diplomatic Studies li hija bbażata Malta u l-Bangladeshi Foreign Service Academy. Din is-sena timmarka l-40 sena mill-istabbiliment ta’ relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Bangladesh. 

    Il-business forum bejn Malta u l-Bangladesh kien indirizzat ukoll mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Bangladesh Dr AK Abdul Moment, mill-Kummissarju Għoli għall-Bangladesh għar-Repubblika ta’ Malta MD Jashim Uddin, mill-Kap Eżekuttiv ta’ Trade Malta is-Sur Anton Buttigieg, u mill-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriżi u Industrija l-Perit David Xuereb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0