Ikomplu l-attakki interni kontra Delia … “Jekk irridu PN kredibbli, allura neħtieġu mexxej kredibbli”

  • Lul 25, 2019 12:04
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif ninsabu biss jiem biss qabel l-iżvolġiment tal-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-Partit Nazzjonalista, liema Kunsill se jkun qed jiddetermina l-futur tat-tmexxija tal-istess partit, qed tkompli tiħrax il-kampanja kontra l-kap attwali Nazzjonalista Adrian Delia.

    F’sit elettroniku deher artiklu ieħor intiż biex jattakka lil Delia li kien iffirmat minn tliet membri tal-Kunsill Ġenerali tal-PN. Emvin Bartolo, Kevin Wain u Miriam Zammit fost affarijiet oħrajn saħqu li ladarba Delia se jitlob riżenji minn ħdan il-PN, huwa se jintlaqa’ minn għajta li ttarrax li tgħid “ara min qed jitkellem!”

    Fl-artiklu konġunt huma ddeskrivew lil Delia bħala albatross imdawwar m’għonq il-partit, li kaġun tiegħu la jistgħu jaġixxu, la jitkellmu, u lanqas jimxu ’l quddiem. Tant li saħqu li huma “totalment ineffettivi”.

    Staqsew x’inhija r-raġuni li l-midja tal-Partit Laburista għadha sal-lum il-ġurnata titfa’ velenu kuljum fil-konfront ta’ Busuttil meta huwa Delia l-mexxej tal-PN. 

    “Għaliex il-midja Laburista attakkat bla heda lil Eddie Fenech Adami, lil Lawrence Gonzi u lil Simon Busuttil iżda fl-istess waqt tiddefendi lil Adrian Delia?”

    Tennew li “żgur hemm xi ħaġa verament ħażina f’din is-sitwazzjoni”.

    It-tliet membri tal-Kunsill temmew jgħidu li jekk dawk li għandhom għal qalbhom il-PN iridu partit kredibbli, allura l-partit jeħtieġ li jkollu mexxej kredibbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0