Inawgurazzjoni Ta’ Kwadru Titulari Wara Restawr Estensiv

  • Lul 25, 2019 13:32
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kapitlu Elenjan, qiegħed jistieden lil dawk id-dilettanti kollha għall-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Kwadru Titulari li jżejjen il-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena ta’ Birkirkara, wara proċess ta’ restawr u konservazzjoni li ħa xejn inqas minn tmien xhur. 

    Wara l-Festa ta’ Sant’Elena tas-sena l-oħra, il-Kapitlu Elenjan flimkien mill-Prepostu Arċipriet Mons. Paul Carmel Vella ħadu d-deċiżjoni li jsir dan il-proġett tant bżonnjuż ta’ restawr li ġie fdat lil Marija Grazia Zenzani u Valentina Lupo f’isem Atelier Del Restauro.

    B’qies ta’ 370ċm x 550ċm, inħadmet minn Francesco Zahra fl-1763 f’perjodu fejn huwa kien meqjus bħala l-iżjed pittur importanti fi gżiritna. Ix-xena li naraw f’dan il-kwadru, turi lil Sant’Elena fi triqitha lejn l-Art Imqaddsa fejn waqt il-vjaġġ tagħha sabet il-fdalijiet tas-Salib Imqaddes. Imponenti ħafna f’dan il-kwadru huwa l-Isqof Makarju quddiem binja li tirrappreżenta l-Bażilika tas-Santu Sepulkru, liema binja kienet mitluba li tinbena minn Sant’Elena stess fuq il-post fejn instabu l-fdalijiet tas-Salib. 

    Evidenti ħafna f’dan il-kwadru, ix-xbiha ta’ Sant’Elena tixbaħ ħafna lill-istatwa tal-istess qaddisa li tinsab fil-Vatikan maħduma fl-irħam fl-1635 minn Andrea Bolgi. Huwa mifhum ukoll li l-iskultur Salvu Psaila kien ispirat minn din il-pittura ta’ Zahra biex fl-1837 skolpa fl-injam l-Istatwa Maestuża ta’ Sant’Elena meqjuma fl-istess Bażilika.

    Il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni, inkluda tindif minn elementi kkważti tul dawn il-256 sena minn meta nħadem oriġinarjament dan il-kwadru kif ukoll tisħiħ tal-istruttura tal-injam li nħadmet mill-ġdid bi prinċipji moderni ta’ konservazzjoni.

    Dan il-proġett li jinkludi l-akbar pittura li qatt ħadem l-artist Malti, Francesco Zahra fl-1763 flimkien ma’ restawr u induratura mill-ġdid tad-dekorazzjonijiet u l-gwarniċ, se jkun inawgurat illejla fis-7.30pm, f’serata akkumpanjata minn mużika taħt it-tmexxija ta’ Abraham D’Amato kif ukoll preżentazzjoni mill-aspett storiku minn Dr Sandro Debono.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0