Temperaturi rekord mistennijin madwar l-Ewropa

  • Lul 25, 2019 13:34
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif il-mewġa ta’ sħana kompliet taħkem lill-kontinent Ewropew bosta pajjiżi llum qed jistennew li jirreġistraw temperaturi rekord. Intant il-Belġju llum rreġistra temperatura rekord ta’ 38 Grad Celsius.

    It-temperaturi għoljin qanqlu tħassib minn bosta esperti li saħqu li s-sħana taf anke tpoġġi ħajjet diversi persuni f’periklu.

    It-temperaturi għoljin affettwaw ukoll il-produzzjoni tal-enerġija f’uħud mill-pajjiżi bil-kumpanija Franċiża EDF tgħid li se tkun qed tillimita l-produzzjoni tal-elettriku f’żewġ impjanti nukleari minħabba tħassib li l-ilma tax-xmajjar li jintuża biex ikessaħ ir-reatturi jaf ukoll iżid fit-temperatura tiegħu, b’dan iwassal biex imutu għadd ta’ ħut.

    F’Pariġi t-temperaturi ukoll laħħqet livelli rekord, bit-termometru jimmarka 40.4 Grad Celsius. Clare Nullis, mill-Organizzazzjoni Metereoloġika Dinjija, f’kummenti lil Euronews qalet li “meta l-2019 ġiet fi tmiemha, se nkunu qed naraw l-iktar perjodu sħun fuq medda ta’ ħames snin li qatt inżammet informazzjoni dwarha.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0