You Should be Dancing! Ħejji Ruħek għar-Ritorn tal-Boogie fil-Main Room tal-Gianpula f’Novembru

  • Lul 30, 2019 09:01
  • Miktub minn iNews
"

    Is-snin 70 ġejjin lura fil-Main Room tal-Gianpula fid-9 ta’ Novembru, f’avveniment “disko-tastiku” ta’ serata waħda biss, wara s-suċċess straordinarju li kellu l-kunċert tal-ABBA Revival is-sena l-oħra.

    B’risq il-kawża Save Valletta’s Skyline, Disco Fever se jiġi mtella’ bis-sehem tat-tribute band famuża Saturday Night Bee Gees. Dan il-grupp mużikali b’sitt membri se jagħti l-wirja enerġika u ċelebri tiegħu kompletament live, u se jeħodna lura għaż-żmien tal-boogie bis-saħħa tat-talent formidabbli tal-kantawturi Barry, Maurice u Robin Gibb, b’kanzunetti klassiċi tal-Bee Gees bħal Stayin’ Alive u Jive Talkin’. Ir-repertorju eċċezzjonali tagħhom jinkludi wkoll bosta diski taż-żfin tal-parties, kollha kemm huma mega-suċċessi, ta’ kantanti kbar bħal Diana Ross, Tina Turner, Sister Sledge, Dionne Warwick, Candi Staton, Frankie Valli, u ħafna oħrajn.

    Biex tkompli titħeġġeġ l-atmosfera disco tas-70ijiet, se jkun hemm party qabel il-kunċert, u ieħor wara, ma’ wieħed mill-iktar DJs popolari f’Malta u preżentatur regolari ta’ Isle of MTV, DJ Ian Lang.

    “Għal ħafna nies, id-“deni” tad-disco tas-70ijiet kien is-soundtrack ta’ żgħożithom, u għall-ġenerazzjonijiet iżgħar dan qed jingħata l-ħajja mill-ġdid permezz tal-films u l-programmi tat-TV ta’ dik l-era,” spjegat l-organizzatriċi Kirsten Grenside. “Ninsabu fuq ix-xwiek biex inġibu lura d-deċennju tad-disco fil-Main Room inkredibbli tal-Gianpula – xi mkien fejn kulħadd jista’ jwarrab daqsxejn is-serjetà u jqatta’ l-lejl jiżfen għal kawża importanti!”

    Disco Fever għandu jkompli fuq il-maġija tal-kunċert tal-ABBA Revival tas-sena l-oħra, suċċess enormi li laqqa’ kważi 1000 xalatur u ġabar €26,753 għal Save Valletta’s Skyline – kawża meritevoli li mill-ġdid se tirċievi s-sapport ta’ Disco Fever. Din is-sejħa għall-fondi għandha l-għan li l-veduta ikonika tal-profil tal-Belt Valletta tiġi ppreservata, billi jinġabru ‘l fuq minn €8 miljun meħtieġa biex jiġi ffinanzjat xogħol kritiku ta’ restawr fuq il-kampnar, l-ispira ta’ fuqu u l-istruttura tal-Pro-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta.

    “Il-linja profil tal-Belt Valletta hija veduta ikonika li tiddefinixxi ‘l Malta, u l-Belt hija ġawhra li kulħadd kburi biha, u bir-raġun; hija unika, meraviljuża u tfakkar lid-dinja dwar l-istorja ta’ Malta u l-importanza tagħha għad-destin tal-Ewropa,” żiedet is-Sinjura Grenside. “Permezz tal-qawwa tad-disco, nittamaw li din is-serata “boogie-tastika” mimlija gost u divertiment tiġbor ferm iktar fondi bl-għan li nsalvaw il-veduta tal-Belt.”

    Il-biljetti għal Disco Fever jinsabu għall-bejgħ bħalissa fuq www.ticketline.com.mt, bi skontijiet għal min jaħseb kmieni disponibbli sat-30 ta’ Settembru. L-attività se ssir fil-Main

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0