Jitnieda l-Istaġun ŻiguŻajg

  • Aww 06, 2019 13:37
  • Miktub minn iNews
"

    L-Istaġun ŻiguŻajg, programm ta’ attivitajiet għalkollox ġdid immirat għat-tfal u l-familji tagħhom mifrux fuq sena, ċertament ifakkarna fl-entużjażmu li kienet ġabet magħha l-aħbar tat-tnedija tal-Festival tal-arti mmirat kollu kemm hu għat-tfal u għaż-żgħażagħ lura fis-sena 2011. L-Istaġun huwa frott kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, u huwa r-riżultat ta’ bżonn akbar għal attivitajiet iktar spissi u matul is-sena li jattiraw lit-tfal sal-età ta’ tnax-il sena. L-Istaġun ta’ ŻiguŻajg se jkun qiegħed ikompli jibni fuq il-ħafna ġid li ġab miegħu l-Festival ŻiguŻajg billi jressaq l-udjenzi dejjem iktar viċin lejn attivitajiet ta’ dan it-tip filwaqt li jrawwem fihom apprezzament lejn l-arti u l-kultura. Dan se jkun qiegħed joffri wkoll lill-individwi kreattivi iktar opportunitajiet u qafas professjonali fejn jistgħu jiżviluppaw xogħol ġdid u jagħtu sehem akbar fil-prattika tagħhom matul is-sena. 

    B’iktar minn 100 attività li jvarjaw minn film għal rakkuntar tal-istejjer, żfin, attivitajiet bil-pupazzi u arti multisensorja, u workshops mużikali, l-għan tal-Istaġun ŻiguŻajg huwa li jipprovdi lill-iżgħar fostna b’esperjenza artistika interattiva mill-iktar varjata. Ma’ dan kollu nistgħu nżidu wkoll serje ta’ attivitajiet mill-iktar interessanti żviluppati flimkien mal-Kamra Maltija tax-Xjentisti  li se tkun qiegħda ssensel rabtiet mill-qrib bejn ix-xjenzi, it-teknoloġija, l-inġinerija, il-matematika, u l-arti, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jintlaqtu dejjem iżjed il-gosti tal-familja kollha.

    Filwaqt li l-Istaġun se jkun qiegħed iwassal għall-iżvilupp ta’ produzzjonijiet ġodda minn uħud mill-aktar artisti rinomati, dan xorta waħda se jkun qiegħed jibni fuq il-legat  ta’ suċċess tal-Festival ŻiguŻajg. Tant hu hekk li xi xogħlijiet ikkummissjonati mill-Festival li huma magħrufa li niżlu tajjeb mal-udjenzi se jerġgħu jittellgħu matul dan l-istaġun. Dan ikkonfermah id-Direttur tal-Festival ŻiguŻajg u maniġer tal-programmi ġewwa Spazju Kreattiv Daniel Azzopardi: “Filwaqt li l-Festival ŻiguŻajg se jibqa’ jservi bħala vetrina annwali, l-Istaġun se jkun qed iservi bħala pjattaforma għall-artisti sabiex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u sabiex jagħti gost lill-udjenzi s-sena kollha permezz tal-aqwa xogħol li s-settur għandu x’joffri. Dan kollu huwa parti mill-għan tagħna sabiex inrawmu apprezzament għall-arti permezz tal-produzzjoni ta’ inizjattivi varjati u ta’ kwalità.”

    Kulħadd huwa mħeġġeġ jibbukkja kmieni sabiex ma jiddiżappuntax ruħu, filwaqt li dawk interessati li jattendu serje ta’ attivitajiet matul is-sena jistgħu jibbenefikaw minn pakketti varji ta’ roħs. Rati għall-gruppi u bookings għall-iskejjel huma possibbli wkoll, filwaqt li d-dettalji dwar dawk il-prestazzjonijiet li jaqgħu taħt l-iskema tal-culture pass se jitħabbru iktar ’il quddiem. Din l-informazzjoni u iżjed tista’ tinkiseb minn fuq is-sit il-ġdid ta’ ŻiguŻajg https://www.ziguzajg.org/ jew billi wieħed iċempel fuq 21223200.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0