[RITRATTI] Jiċċelebraw il-festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun

  • Aww 11, 2019 18:36
  • Miktub minn iNews
"

    It-toroq ewlenin tal-Ħamrun kienu mżewqa b’għadd kbir ta’ nies biex jiċċelebraw il-festa ta’ San Gejtanu. Għall-ħafna il-marċi ta’ filgħodu huma okkażjoni sabiħa mhux biss għan-nies tal-lokal imma ta’ ħafna Maltin u turisti.

    Il-briju baqa’ għaddej ġmielu sa tard waranofsinhar u filgħaxija ħarġet il-purċissjoni bil-qaddis patrun San Gejtanu.

    Din id-darba l-parruċċani setgħu jiċċelebraw festa doppja hekk kif ftit tal-jiem ilu l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddikjara l-parroċċa ta’ San Gejtanu bħala waħda Arċipretali.

    Ferħa oħra hekk kif l-istatwa li kienet tintrama fejn Fra Diegu, u li kienet magħrufa bħala “Il-Luter”, regġħet tfaċċat fil-bieb tal-Knisja tal-Ħamrun. Din l-istatwa kienet tkissret f’inċidenti li nqalgħu fil-Ħamrun fis-sena 1987.

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0