Residenti jilmentaw minn riħa insapportabbli ta’ annimali mejta f’Raħal il-Ġdid … “Mank xi ħadd mill-Wasteserv indenja ruħu jibgħat għalina”

  • Aww 11, 2019 19:39
  • Miktub minn iNews
"

    Għadd ta’ residenti f’Raħal il-Ġdid qed jilmentaw minn irwejjaħ insapportabbli ta’ annimali mejta. Is-sindku Dominic Grima ukoll ilmenta dwar dan. Hu ilmenta li minkejja l-ilmenti ħadd mill-Wasteserv ma kellem lill-Kunsill Lokali. Is-Sindku ikkummenta li “wara ħafna kuntatti mal-awtoritajiet u kollox waqa' fuq widnejn torox.

    Jien persuna li għalkemm f’ħafna darbi tagħmluha diffiċli biex naslu, nibqa' naħdem għal dak li hu l-aħjar lejn ir-resident u l-lokal, aktar u aktar meta naf li hu bi dritt. Għalhekk se nibqa' nisħaq li ma jistax ikun wara snin inbatu bit-trab iswed issa bl-inċineratur tal-Marsa, fejn qed ikunu maħruqa il-fdalijiet kollha tal-isptarijiet, karkassi ta' annimali, annimali morda u aktar, fejn dan b’konsegwenzi li ta kuljum ir-residenti iridu jibqgħu bit-twieqi magħluqa minħabba intejjen insapportabbli.”

    Itenni li “għalhekk qed nappella lill-awtoritajiet jaraw li dan l-inkonvenjent lejn ir-resident ta' Raħal Ġdid u l-madwar jieqaf illum qabel għada. Ir-residenti ta' Raħal Ġdid mhux nies tat-tielet klassi. Dan qed ngħidu wara li xbajt ngħaddi ilmenti għal dawn l-aħħar xhur, fejn mhux talli sar xi ħaġa, talli s-sitwazzjoni kompliet tiggrava. Mank xi ħadd mill-Westeserv" indenja ruħu jibgħat għalina. L-inkonvenjent diġa' huwa ħafna f'dan il-lokal, ejja ma nkomplux inżidu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0