Waterpolo ? Neptunes kellhom jitħabtu kontra Marsaxlokk

  • Aww 11, 2019 20:54
  • Miktub minn iNews
"

    Premier Knock-Out – Semi-Finali

    Neptunes...................... 13

    Marsaxlokk................... 11

    (3-3, 4-3, 4-2, 2-3)

    Neptunes tħabtu iktar milli kien mistenni biex għel­bu lil Marsaxlokk bl-iskor ta' 13-11 biex ikkwalifikaw għall-finali tan-Knock-Out fejn se jaffrontaw lil Sliema, nhar il-Ħadd 25 ta' Awwissu.

    Għal Neptunes, bħal dejjem, l-aħjar player kien Stevie Camilleri li skorja ħames goals. Min-naħa l-oħra għal Marsaxlokk, bħas-soltu l-aktar żewġ players li mpres­sjonaw kienu Ivan Nagaev u Andrija Vlahovic li bej­niethom skorjaw  sebgħa mill-11-il goals tagħhom.

    Marsaxlokk bdew jagħmlu l-ħajja diffiċli għal Neptunes sa mill-ewwel ses­sjoni meta huma rnexxielhom iżommu lit-team mill-Balluta fi draw ta' 3-3 bil-goals għax-Xlukkajri jaslu minn Timmy Agius, Rainier Scerri u Ivan Nagaev.

    Min-naħa l-oħra, Stevie Camilleri u Darko Brguljan (2) wieġbu għal Neptunes.

    Fit-tieni sessjoni kienet imperattiva reazzjoni mmed­jata minn Neptunes u hekk ġara għalkemm huma batew biex rebħuha bl-iskor ristrett ta' 4-3.

    L-erba' goals għal Neptunes waslu minn Stevie Camilleri, Darko Brguljan u Jordan Camilleri (2). Min-naħa l-oħra, Timmy Agius, Stephen Micallef u Andrija Vlahovic minn sitwazzjoni ta' man-up, wara li tkeċċa Darko Brguljan, wieġbu għax-Xlukkajri.

    Neptunes ipproduċew il-logħob dominanti solitu tagħhom fit-tielet sessjoni hekk kif huma ttrijonfaw b'punteġġ ta' 4-2 bl-awturi tal-goals ikunu Jeremy Abela, Stevie Camilleri (2) u Petar Muslim. Andrija Vlahovic u Ivan Nagaev irris­pondew għal Marsaxlokk.

    Marsaxlokk wettqu reaz­zjoni mill-aqwa fl-aħħar sessjoni iżda xorta dan ma kienx biżżejjed għalihom.Dan hekk kif huma rebħuha bi skor ta' 3-2, b'Ivan Nagaev (2) u Andrija Vlahovic isibu x-xibka għalihom. Nikolai Zammit u Stevie Camilleri skorjaw għal Neptunes.

    Neptunes:1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon, 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace, 5-Petar Muslim (1), 6-Darko Brguljan (3), 7-Stevie Camilleri (5), 8-Jordan Camilleri (2), 9-Jeremy Abela (1), 10-Nikolai Zammit (1), 11-Sam Gialanze, 12-Matthias Azzopardi, 13-Benji Busuttil Coach: Jovan Popovic

    Marsaxlokk:1-Ryan Coleiro, 2-Julian Rizzo Naudi, 3-Luke Calleja, 4-Matteo Cacici, 5-Timmy Agius (2), 6-Joseph Galea, 7-Andrija Vlahovic (3), 8-Ivan Nagaev (4), 9-Stephen Micallef (1), 10- Rainier Scerri (1), 11-Luke Saliba, 12-Matthew Pace, 13-Fredrick Buhagiar Coach: Joe Cremona

    Referees:Stefan Licari, Arnaldo Petronilli

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0