“Ekonomija li qed tikber ġmielha” - L-ekonomista Dr Gordon Cordina

  • Aww 12, 2019 08:43
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    L-ekonomista Dr Gordon Cordina jgħid li rridu nieħdu ħsieb li l-ekonomija nkomplu nkabbruha bil-għan li jkollna żvilupp sostenibbli u dejjiemi għall-ġid ta’ kulħadd…

    “Inqabbel l-ekonomija ta’ pajjiżna ma’ ġuvnott jew xbejba, li peress li għandha min jindukraha u jieħu ħsiebha sewwa, qed tikber ġmielha, b’rata li forsi qatt mhu se terġa’ tara bħalha.”

    Stqarr dan l-ekonomista Dr Gordon Cordina f’kummenti li għadda lil L-ORIZZONT wara li fl-aħħar jiem kellna ċertifikat ieħor ta’ kemm l-ekonomija Maltija sejra tajjeb, din id-darba mogħti mill-aġenzija internazzjonali DBRS.

    L-aġenzija DBRS ikkonfermat ir-rating ta’ Malta bħala A (High) b’outlook stabbli, b’dan ikun l-aħjar rating li qatt ingħata lil Malta minn din l-aġenzija. L-esperti tad-DBRS jirrimarkaw li l-andament tal-ekonomija kien tajjeb ħafna, bit-tkabbir fl-aħħar ħames snin ikun aktar minn tliet darbiet il-medja ta’ bejn l-2004 u l-2012. 

    Ir-rapport tad-DBRS isostni wkoll li r-rata tat-tkabbir ekonomiku ta’ Malta qed ikompli jkun akbar minn dak tal-pajjiżi tal-UE. Żied jirrimarka li t-tkabbir ġej minn diveris setturi ekonomiċi.

    Fil-kummenti tiegħu, Dr Cordina jgħid li t-tkabbir huwa essenzjali u ma nistgħux ngħaddu mingħajru imma bla dubju mhux biżżejjed. “Persuna żagħżugħa tikber mhux biss fil-ġisem, iżda fuq kollox trid tiżviluppa fl-intellett u fil-ħiliet.” 

    Qal ukoll li kull proċess ta’ tkabbiir se jġib miegħu xi wġiegħ, kemm għax mhux kollox qed ilaħħaq bl-istess mod, jew forsi għax nitilfu xi ħaġa minn dak li kellna qabel, jew għax irridu nidraw fi ħwejjeġ ġodda. “Dawn il-weġgħat intaffuhom kemm nistgħu, imma żgur li m’għandniex inħalluhom iwaqqfuna milli nikbru, għax inkella nibqgħu bħat-tfal.”

    Huwa kompla jgħid li kull proċess ta’ tkabbir xi darba jrid jikkalma u jieqaf hekk kif il-persuna tilħaq il-maturità. L-importanti hu, qal Dr Cordina, li l-iżvilupp tal-intelliġenza u l-għerf ma jieqaf qatt. 

    “Daqstant ieħor irridu nieħdu ħsieb li l-ekonomija nkomplu nkabbruha bil-għan li jkollna żvilupp sostenibbli u dejjiemi għall-ġid ta’ kulħadd. Ikun għalxejn li nintrabtu mal-passat biex ma nikbrux… aħjar nitħaddtu biex verament ikollna l-futur li nixtiequ u fejn hemm bżonn, intaffu xi weġgħat u nsewwu d-difetti,” temm jgħid l-ekonomista.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0