Mill-inqas 5 persuni jinqatlu, u 119 oħrajn jindarbu f'24 siegħa ta' ġlied fil-Yemen

  • Aww 12, 2019 07:56
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas ħames persuni nqatlu u 119-il persuna oħra ndarbu fi ġlied bejn il-qawwiet tal-Gvern tal-Yemen u l-qawwiet appoġġjati mill-Emirati Għarab Magħqudin fil-kapitali tal-pajjiż Aden.

    “F’inqas minn 24 siegħa, it-tobba ta’ Medecins Sans Frontieres laqgħu aktar minn 119-il persuna għall-kura,” saħqet MSF fis-sit uffiċjali tagħha.

    In-nota ppubblika fuq is-sit tgħid li fost il-vittmi kien hemm ukoll tifel, bil-biċċa l-kbira tal-persuni midrubin ikunu ċivili.

    Intant tard nhar is-Sibt li għadda l-qawwiet ribelli appoġġjati mill-Emirati Għarab ħadu taħt il-kontroll tagħhom il-palazz presidenzjali fil-kapitali Aden u kif ukoll binjiet li jilqgħu fi ħdanhom lil istituzzjonijiet strateġiċi tal-Gvern wara erbat ijiem sħaħ ta’ ġlied.

    Kien irrapportat li l-awtoritajiet u l-kmandanti telqu mill-palazz presidenzjali f’vetturi militari tal-Arabja Sawdita qabel ma r-ribelli ħadu l-kontroll tal-belt.

    L-uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Yemen ilbieraħ qal li mill-inqas 40 persuna nqatlu fil-ġlied, b’260 oħrajn jisfaw midrubin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0