Open Arms bi pressjoni biex jinfetħu proċeduri legali kontra Malta u l-Italja … Tgħid li se ddaħħal l-immigranti anke bla permess

  • Aww 12, 2019 10:45
  • Miktub minn iNews
"

    L-NGO Spanjola Open Arms qed tħeġġeġ lill-Gvern Spanjol biex jiftaħ proċeduri legali fil-konfront ta’ Malta u l-Italja quddiem it-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi Marittima li huwa bbażat fil-belt ta’ Hamburg, talli naqsu milli jagħtu permess lill-immigrant abbord il-vapuri “Open Arms” u l-“Ocean King”.

    Hekk kif Open Arms qed tkompli żżid il-pressjoni fuq gvernijiet biex jipprovdu port sigur biex ikunu jistgħu jiddaħħlu l-immigranti, il-President tal-għaqda mhux governattiva Oscar Camps saħaq li fl-eventwalità li ma jingħatawx permess biex jidħlu f’port sigur, huma xorta waġda se jkunu qed jieħdu din l-inizjattiva u jdaħħlu lill-immigranti f’port abbażi ta’ “raġunijiet umanitarji”. Dan minkejja r-riskji amministrattivi u legali li tali mossa ġġorr magħha.

    Camps żied jgħid li “apparti l-inabbiltà tal-politiċi, huma se jkunu kostretti li jesponu lilhom infushom għar-riskji ta’ multi kbar”. Open Arms saħqet li huma se jkunu qed idaħħlu lill-immigranti f’port anke mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-pajjiż bħala l-aħħar għażla disponibbli għalihom “f’każ ta’ emerġenza umanitarja estrema”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0