Ħalliel jinqabad wara li waqagħlu l-liżar

  • Aww 12, 2019 12:17
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 42 sena minn Ġorġja kien ikkundannat 18-il xahar ħabs wara li nstab ħati li ikkommetta serqa minn wieħed mill-ħwienet li “The Convenience Store” għandu madwar il-pajjiż.

    Kien fis-7 ta' Ottubru li għadda li impjegati tal-imsemmi ħanut fin-Naxxar irrappurtaw lis-sid tal-'franchise' Sean Scicluna li x'ħin fetħu sabu 'cash drawer' nieqsa u ħsarat fil-post kaġun ta' sgass.

    Minbarra li nsterqu €200 fi flus u €250 f''mobile cards' kien stabbilit li saru b'madwar €500 ħsara fil-ħanut minħabba l-isgass.

    Il-ħanut għadda filmat tas-CCTV cameras lill-Pulizija fejn il-ħalliel deher liebes liżar fuqu imma x'ħin kien ħiereġ waqagħlu l-liżar b'uħud mill-impjegati jagħrfuh mill-ewwel peress li kien klijent regolari.

    Huma identifikawh bħala Teimuraz Datashvili bil-Pulizija tibda tfittxija għalih fejn eventwalment inqabad fuq karozza tal-linja minn fejn ittieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u eventwalment tressaq fil-Qorti mill-Ispettur Matthew Spagnol.

    Għalkemm il-Ġorġjan ċaħad li kien hu li wettaq is-serqa, il-Maġistrat Joseph Mifsud ikkonkluda mill-filmati esebiti u mix-xiehda tal-impjegat li kien hu li daħal jisraq u minbarra t-18-il xahar ħabs orndalu biex fi żmien sitt xhur iħallas €1,046 lil Caruana tas-serq u tal-ħsara fil-ħanut.

    Huwa talab ukoll lill-Pulizija biex jinvestigaw jekk l-istess Datashvili u martu Marianna Pekurashvili xehdux falz anke fid-dawl tal-fatt li fix-xiehda tagħha qalet li r-raġel li deher fuq is-CCTV cameras kien dak li fil-lejl li hija u żewġha kienu d-dar fil-lejl tas-serqa ħabtilhom biex jitlobhom ilma għax-xorb u anke għax lill-Pulizija qaltilhom li kienet separata minnu.

    Il-Maġistrat Mifsud ordna wkoll li wara li Datashvili jiskonta l-piena ta' ħabs, iħallas lil sid il-ħanut tas-serq u tal-ħsara u tintemm l-investigazzjoni dwar ix-xiehda tiegħu huwa jiġi ripatrijat lejn pajjiżu.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0