Darren Debono miżmum milli jwaqqaf azzjoni tal-Gvern

  • Aww 12, 2019 13:53
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks-plejers internazzjonali Malti tal-futbol Darren Debono twaqqaf minn imħallef milli jżomm lill-Gvern milli jieħu azzjoni li tolqot lilu.

    It-talba saret minn ibnu Dejan Debono peress li jinsab imsiefer f'ismu u f'isem it-tliet kumpaniji tagħhom World Water Fisheries Limited, Andrea Martina Limited u Marie De Lourdes Limited kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela.

    Debono talab li l-Gvern Malti jiġi miżmum milli jressaq mozzjoni jew talba quddiem il-Kunsill tas-Sigurta tal-Ġnus Maqgħuda u l-UE ntiżi biex ikun hemm sanzjonijiet kontrih.

    Dan b'rabta mal-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu dwar traffikar illegali ta' fjuwil bejn il-Libja u l-Italja li dwaru Debono għaddej bi proċeduri kriminali mressqa kontrih mill-awtoritajiet Taljani.

    Debono kien sostna li l-Gvern Malti ried jieħu passi kontrih biex quddiem l-UE jidher li qed jiġġieled il-ħasil tal-flus u biex jintgħoġob mal-Gvern Amerikan.

    Madankollu l-Imħallef Mark Chetcuti warrablu t-talba għax sostna li f'dan l-istadju m'għandu ebda dritt li qed jiġi mittiefes mill-Gvern Malti.

    Huwa rrimarka wkoll li diskussjonijiet diplomatiċi bejn gvernijiet ma jaqgħux fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti kif lanqas ma jaqgħu miżuri protettivi minn entitajiet internazzjonali bħall-Ġnus Maqgħuda u l-UE biex ma jitteħdux miżuri minnhom kontra terzi skont il-liġijiet li jirregolawhom.

    Kien għalhekk li l-imsemmi mħallef ma laqax it-talba ta' Debono biex iżomm lill-Gvern Malti milli jintervjenu barra biex ikun hemm sanzjonijiet kontrih.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0