Marcelo jirrifjuta lil Juventus

  • Aww 12, 2019 14:14
  • Miktub minn iNews
"

    Id-difensur ta’ Real Madrid, Marcelo, irrifjuta l-opportunitá li jingħaqad ma’ Juventus dan is-sajf.

    Il-player ta’ 31 sena kien se jħalli l-Bernabeu fi tmiem l-istaġun u kien qed jikkunsidra l-futur tiegħu. Iżda r-ritorn ta’ Zinedine Zidane fi-tmexxija tat-team, ħassar il-pjani kollha biex iddeċieda li jibqa’ ma’ Los Blancos.

    "Gejt avvicinat minn klabbs Taljani. Il-veritá hi li jien ninsab kuntent ma’ Real Madrid. Il-Bernabeu Stadium huwa d-dar tiegħi u jien nilgħab għall-aqwa klabb fid-dinja u għaldaqstant jien impenjat miegħu,” qal id-difensur internazzjonali Brażiljan.

    Marcelo, li l-kuntratt attwali tiegħu jintemm f’Gunju 2022, lagħab aktar minn 500 logħba għall-Madrileni, fejn rebaħ 20 unur maġġur mal-ġganti Spanjoli.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0