“F’post ċivilizzat dawn l-atti ma jsirux!” … Jagħtu n-nar lil skart mormi f'għalqa privata viċin it-tankijiet tal-gass f'Birżebbuġa

  • Aww 12, 2019 14:58
  • Miktub minn iNews
"

    “F’post iċċivilizzat dawn l-atti ma jsirux!” Kien b’dan il-kliem iebes li l-kunsilliera tal-Kunsill ta’ Marsaxlokk Janice Chetcuti kkundannat l-aġir irresponsabbli ta’ persuna jew persuni li għażlu li mhux biss jiddisponsu minn skart f’għalqa privata fl-inħawi tat-Torri ta’ San Luċjan, iżda talli anke taw in-nar lill-istess skart.

    Il-kunsilliera żiedet tgħid li saħansitra anke saret ħsara fil-ħajt tas-sejjiegħ tal-istess għalqa.

    Cuschieri tenniet li “ta’ min wieħed ifakkar li dan barra li huwa att kriminali jista’ joħloq perikli kbar għan-nies tal-inħawi.” Dan hekk kif qalet li din l-istess raba’ tinsab ukoll viċin it-tankijiet tal-gass.

    Saħqet li l-Pulizija qed jinvestigaw il-każ u qed jiġu studjati l-filmati mill-kameras tas-sigurtà li hemm fl-inħawi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0