“Kienet temmen li l-kanċer jaf tbeżżgħu billi tħares dritt f'għajnejh u taffrontah''... titħabbar il-mewt ta' Nadia Toffa

  • Aww 13, 2019 08:08
  • Miktub minn iNews
"

    “Għalkemm xi ħadd jista’ jaħseb li inti tlift, min għex bħalek MA JITLEF QATT”. Hekk bdew biex isellmu l-memorja tal-Preżentatriċi Nadia Toffa l-kollegi tagħha tal- Le Iene show fl-Italja.

    Huma komplew biex jgħidu li Toffa ġġieldet l-marda tal-kanċer b’rasha mgħollija, b’dinjità u b’saħħitha kollha.

    Intqal ukoll li minħabba r-rapport li bnew bejniethom se tkun iebsa biex jinfirdu u li anke meta kien hemm min ma kienx jemmen fil-ġlieda tagħha, huma kienu jibqgħu fis-silenzju jarawha titbissmilhom.

    Fakkru dwar il-qalb tajba tagħha u li kienet kapaċi taħfer lil kulħadd anke dak li hi sabitlu isem minflok il-kelma li tbeżża’ lil ħafna. Għażlet li ssemmi l-kanċer “il-ħażin li ma jitfejjaqx”. 

    Għal Toffa waħda mir-rimedji kontra l-kanċer kienet li temmen fiha nnifisha, li taffaċċja r-realtà u fosri min jaf, jekk tħares dritt f’għajnejn din il-marda qerrieda jaf kont tbeżżgħu xi ftit ukoll milli jkompli jeqirdek.

    Toffa kellha biss 40 sena u ċertament li se tibqa’ mfakkra għas-sehem tagħha kontra l-abbuż tar-rimi tal-iskart f’Casertano u f’Napli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0