Malta fil-mira ta' cyber attack mill-Korea ta' Fuq?

  • Aww 13, 2019 08:24
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ġnus Maqgħuda hija rappurtata li qed tinvestiga numru ta' cyber attacks li allegatament twettqu mill-Korea ta' Fuq fuq 17-il pajjiż inkluż Malta.

    L-aġenzija magħrufa tal-aħbarijiet Associated Press sostniet li rat ir-rapport li fih jingħad li l-Korea ta' Fuq serqet maż-$2 biljun minn diversi pajjiżi permezz ta' hacking f'istituzzjonijiet finanzjarji u 'cryptocurrency exchanges'.

    Il-Korea t'Isfel kienet l-iktar fil-mira b'10 attakki segwita mill-Indja bi tlieta u l-Bangladesh u ċ-Ċili b'żewġ cyber attacks.

    Malta tissemma li kellha attakk wieħed fuqha kif kellhom ukoll il-Kosta Rica, Gambja, il-Gwatemala, il-Kuwajt, il-Liberja, il-Malażja, in-Niġerja, il-Polonja, is-Slovenja, l-Afrika t'Isfel, it-Tuneżija u l-Vjetnam.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0