''Illum niċċelebra għeluq snini darbtejn... Il-marda għenitni naprezza l-ħajja u nkun hemm għal ħaddieħor''

  • Aww 13, 2019 09:15
  • Miktub minn iNews
"

    “Kienet ġurnata xemxija u wara li familti ħaduni l-isptar għat-testijiet irriżulta li kont nħkimt mill-lukemia”. Hekk beda biex jgħid Ramiro Mallia hekk kif beda jitkellem dwar it-tieni familja li ltaqa’ magħha, Puttinu Cares.

    Huwa tkellem dwar it-tbatija tal-marda, il-mediċini bit-tama li jfieq, il-chemo terapija. Iżda llum Mallia huwa b’saħħtu u kkonferma li għeleb il-marda. Huwa qal li llum l-ġurnata jirringrazzja lill-Mulej għax llum wara din l-esperjenza jiċċelebra għeluq sninu darbtejn.

    Illum Ramiro għandu karattru ferm b’saħħtu u jirreferi għall-esperjenza qarsa tiegħu bħala wieħed mill-magħżulin biex iferrħu lil ħaddieħor. Kompla biex jgħid li jekk jara lil xi ħadd imweġġa’ u muġugħ jippreferi jibki hu minflok.

    Mallia temm jgħid li int min int tista’ tkun ta’ għajnuna għal ta’ madwarek u filwaqt li rringrazzja lil familtu tas-sapport kontinwu, ħabbar li se jkun qiegħed jagħti sehmu fil-Maratona ta’ Puttinu li se ssir bejn it-13-15 ta’ Settembru fil-Marsa Sports Complex.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0