''Ġest simboliku biex nuru li kemm aħna kburin bil-progress li sar''

  • Aww 13, 2019 13:53
  • Miktub minn iNews
"

    Bosta kienu dawk li fuq Facebook esprimew rabja jew diżappunt għal ritratt li fih tidher il-bandiera Maltija imma minflok il-parti l-ħamra jidhru l-kuluri tal-qawsalla assoċjati mal-bandiera tal-gays.

    Fost dawn kien hemm ritratt fejn attivisti favur id-drittijiet tal-gays jidhru b'din il-bandiera mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Edward Zammit Lewis.

    Ħafna nsistew li dik ma kinietx il-bandiera ta' Malta u saħqu li ma kienx ġust li din tinbidel waqt li kien hemm min saħansitra sejjaħ għar-riżenja tal-imsemmi ministru li għadu kemm ħa post Helena Dalli fil-kariga.

    L-Malta Gay Rights Movement (MGRM) irreaġixxiet billi iddikjarat li l-bandiera kienet waħda simbolika u saħqet li r-ritratt ta' attivisti favur id-drittijiet LGBTIQ mal-Ministru Zammit Lewis kien messaġġ favur l-ugwaljanza.

    “Mara vulnerabbli tiġi ssuttat bil-bajd, umiljata u tteħditilha l-umanita u qalulna nħallu lil min jgħix. Mara trans tiġi attakkata fiżikament u abbużata fit-triq u l-aħbar ewlenija fil-pajjiż hija li l-Prim Ministru għandu tpinġija. Ma tistax tħobb lill-pajjiż qabel ma tħobb liċ-ċittadini bħalek”, żied l-MGRM.

    Min-naħa tagħha l-Allied Rainbow Communities (ARC), li tiġbor fi ħdanha persuni LGBTIQ, għamlitha ċara li ma għandhom ebda intenzjoni li jbiddlu l-bandiera Maltija u lanqas li jirredikolawha.

    “Kien ġest simboliku biex nuru li kemm aħna kburin bil-progress li sar biex kulħadd ikun inkluż fl-aġenda tal-ugwaljanza. Għad baqa' ħafna xogħol xi jsir”, żiedet tgħid l-ARC.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0