Wesley Sneijder iħabbar li rtira mill-karriera

  • Aww 13, 2019 14:24
  • Miktub minn iNews
"

    Il-midfielder internazzjonali Olandiż, Wesley Sneijder li fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Inter u Ral Madrid, ħabbar li rtira mill-karriera tiegħu.

    Huwa kien prodott ta’ Ajax u għamel id-debutt tiegħu fl-ewwel skwadra fl-2002, meta l-coach Ronaldo Koeman kien nieqes minn bosta players. Huwa qatt ma ħares lura biex mal-club Olandiż lagħab 180 darba.

    Fl-2007-08 huwa ffirma ma’ Real Madrid għal €25 miljun fejn stabilixxa lilu nnifsu bħala wieħed mill-aqwa midfielders fl-Ewropa.

    Fl-2008-09, huwa ngħaqad ma’ Inter biex kien parti integrali mir-rebħ tat-Treble, jiġifieri, il-UEFA Champions League, il-kampjonat u l-Coppa Italia.

    Iżda fl-2012-13 huwa lagħab biss ħames partiti minħabba injury persistenti fl-irkoppa.

    Huwa lagħab ukoll għal Galatasaray, Al-Gharafa fil-kampjonat tal-Qatar u Nice.

    Sneijder huwa l-aktar player li lagħab għall-Olanda b’total ta’ 134 partiti li fihom skorja 31 goal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0