Malta magħżula għal taħditiet dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni

  • Aww 13, 2019 15:36
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    Fix-xenarju li bħalissa hemm diversi vapuri bejn sema u ilma li fuqhom qed iġorru aktar minn 400 immigrant jistennew permess biex jidħlu f’port sigur f’xi wieħed mill-pajjiżi Ewropej, sar magħruf li Malta ġiet magħżula biex tmexxi ‘l quddiem it-taħditiet tekniċi bejn l-esperti minn erba’ pajjiżi - il-Ġermanja, Franza, l-Italja u Malta - dwar x’għandhom jagħmlu quddiem sitwazzjonijiet bħal dawn. 

    Fil-fatt f’Settembru mistenni li ssir konferenza ministerjali ġewwa pajjiżna għall-Ministri tal-Intern biex jippruvaw jaslu fi ftehim dwar kif il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom jikkollaboraw bejniethom f’każijiet bħal dawn.

    Dan ġie kkonfermat kemm mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Malti Michael Farrugia kif ukoll mill-Ministeru għal-Intern Ġermaniż Horst Seehofer li fost affarijiet oħra sostna li b’din il-konferenza “Malta qed tibgħat sinjal b’saħħtu ta’ solidarjetà.” 

    Bħalissa hawn minn tal-inqas żewġ vapuri maqbuda bejn sema ilma - Open Arms li għandhom abbord 160 immigrant u Ocean Viking b’251 immigrant abbord. Dawn ma ngħatawx awtorizzazzjoni mill-pajjiżi biex jidħlu fil-portijiet. 

    Għalkemm il-Gvern Malti offra li jieħu 39 immigrant li ġew salvati mill-vapur Open Arms, li kienu f’diffikultà f’żona ta’ tiftix u salvataġġ fir-responsabbiltà ta’ Malta, l-Open Arms qed tinsisti li Malta għandha tieħu wkoll 121 immigrant ieħor li kienu ġew interċettati f’żona fejn Malta la hija responsabbli u lanqas ma hi l-awtorità kompetenti ta’ kordinazzjoni. 

    Sadanittant, il-ġurnal Repubblica sostna li tmienja minn dawn l-immigranti kellhom jinġiebu Malta permezz ta’ ħelikopter minħabba problemi f’saħħithom u persuna oħra ttieħdet Lampedusa fuq suspett li seta’ għandha t-tuberkolożi.

    “Ma nistgħux li bħala 28 pajjiż nagħżlu meta jkun hemm is-solidarjetà jew le”

    Fil-kummenti tiegħu lil inewsmalta, il-Ministru Michael Farrugia filwaqt li rrikonoxxa li hemm min qiegħed ibati konsegwenza tal-immigrazzjoni li trid tasal f’pajjiżu, qal li hemm pajjiżi li qed jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ rilokazzjoni tal-istess immigranti u li sfortunatament hemm ukoll min qiegħed jagħżel li jimblokka kull forma ta’ ftehim possibbli.

    “Malta ħadet rwol importanti f’Helsinki fejn tajna direzzjoni ‘l quddiem u kontinwazzjoni ta’ dak li kien hemm f’Pariġi fejn ngħatajt l-opportuntà f’isem il-pajjiżi li huma fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropa, li nagħti d-direzzjoni ta’ fejn irridu naslu,” qal il-Ministru Farrugia.

    “Jekk hemmx tmienja jew 14-il pajjiż għadu kmieni wisq. Aħna nemmnu li għandu jkun hemm ħafna aktar pajjiżi li jipparteċipaw f’ġieħ is-solidarjetà. Ma nistgħux li bħala 28 pajjiż nagħżlu meta jkun hemm is-solidarjetà jew le.”

    “Meta kont intervistat jien u dieħel fil-Kunsill tal-Ministri, għedt li ma jistax ikun li meta jkun hemm problema tal-euro ningħaqdu l-pajjiżi, u meta jkun hemm solidarjetà fejn għandu x’jaqsam l-immigrazzjoni jkun hemm pajjiżi li ma jipparteċipawx l-istess bħal pajjiżi oħra.” 

    Il-Ministru Farrugia tenna li: “t-tir tagħna huwa li jkun hemm maġġoranza assoluta, jekk mhux il-pajjiżi kollha, li jipparteċipaw bħala UE waħda u mhux bħala UE maqsuma u li fl-aħħar ma rridux li l-immigrazzjoni tkun riżultat li l-pajjiżi tal-UE, jew l-UE, tkun qed tixxellef riżultat tal-immigrazzjoni.”

    Isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tal-immigranti abbord l-Open Arms

    L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi stqarrija li ħareġ qal li qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tal-160 ruħ abbord il-vapur Open Arms li ilu fl-ibħra internazzjonali mit-2 ta’ Awwissu. 

    L-Uffiċċju qal li jinsab imħasseb għax jemmen li d-dritt fundamentali għas-saħħa u sigurtà ta’ dawk kollha fuq il-vapur speċjalment it-tfal u l-minuri mhux akkompanjati, għandu jisboq kull argument politiku li qed iżżomm milli dawn in-nies jiżbarkaw b’mod sigur. 

    L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal appella lill-mexxejja politiċi kollha, kemm dawk nazzjonali kif ukoll Ewropej, sabiex ikunu solidari u jikkooperaw fuq livell umanitarju biex il-ħajja ta’ dawn in-nies tiġi mħarsa u jitħallew jiżbarkaw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0