Jirċievu kont ta' €7 wara li salvawlhom lil binthom minn destin ikrah f'operazzjoni li swiet aktar minn €7,000

  • Aww 13, 2019 16:57
  • Miktub minn iNews
"

    Il-ġenituri ta’ tifla li ġiet salvata minn destin ikrah f’operazzjoni li swiet mas-€7,500, bagħtu kont ta’ €7 lill-RNLI minħabba lilo li nfaqa’.

    It-tifla kienet inġarret mill-kurrent waqt li kienet fuq lilo f’Cornwall sakemm fortunatament aktar tard ġiet salvata minn membru tas-salvataġġ li qabeż biex isalvaha.

    It-tifla kien għadha kif xtrat il-lilo li seta’ wassal għall-aħħar tislima lill-ġenituri tagħha. 

    Il-President tal-RNLI Mike Carter qal li bla mistħija ta’ xejn il-ġenituri bagħtu kont ta’ ftit euro lill-istess persuni li salvawlhom lil binthom minn mewta kerha. Minkejja dan huwa wieġeb bl-edukazzjoni kollha li huma kienu lesti li jħallsu jekk huma jħallsu s-somma ta’ €7,500 kkalkulata li swiet l-imsemmija operazzjoni ta’ salvataġġ.

    Kif mistenni, il-familja ma wiġbitx għal din it-talba u kien hawnhekk li l-istess Carter ħeġġeġ lill-ġenituri biex jieħdu ħsieb lil uliedhom waqt li jkunu fuq dawn l-affarijiet tal-baħar.

    Huwa spjega li minkejja li dawn il-lilos huma ferm komuni fost it-tfal, wieħed għandu jżomm f’moħħu l-periklu tagħhom u jekk jiddeċiedi li jikkuntenta lil uliedu, jieħu ħsieb li ma jiddispjaċihx aktar tard.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0