Id-dar ta' Nerik Mizzi fost 10 binjiet skedati

  • Aww 13, 2019 19:32
  • Miktub minn iNews
"

    L-Awtorita tal-Ippjanar skedat 10 binjiet li huma meqjusa ta' importanza minħabba l-wirt arkitettoniku jew storiku tagħhom.

    Fost il-binjiet hemm dik fi Triq San Ġwann fil-Belt li kienet ir-residenza ta' Dr Nerik Mizzi li miet fiha tliet xhur wara li laħaq prim ministru f'Settembru 1950.

    Ir-residenza tmur lura sas-Seklu 17 u l-binja, li qed tiġi konvertita f'dar-mużew, fiha diversi għamara u partijiet oriġinali.

    Fil-Qrendi ġie skedat palazz fi Triq il-Kbira li jmur lura għas-Seklu 18 u li fih diversi affreski u skulturi fil-ġnien.

    F'Bormla, fi Triq San Pawl, l-Awtorita tal-Ippjanar skedat dar bi stil Barokk mentri fil-Birgu ġew skedati żewġ idjar, dak li kien il-Palazz tal-Isqof u palazz fuq stil Barokk possibilment tas-Seklu 16 fi Triq Hilda Tabone.

    Binja oħra skedata tinsab f'Ħal Balzan, kantuniera bejn Triq il-Providenza u Triq it-Tliet Knejjes, li fiha stil Barokk/Rococco. Fiha kien jgħix il-kavallier Spanjol Fra Giacomo Rodrigues li jinsab midfun fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann.

    Fi Triq d'Argens fil-Gżira ġiet skedata dar iddisinjata mill-arkitett Joseph Colombo u li kien jużaha bħala r-residenza tiegħu.

    F'Ħal Lija u n-Naxxar ġew skedati żewġ residenzi oħra b'tal-ewwel tinsab fi Triq Annibale Preca bi stil Romanesk u Gotiku u tmur lura għas-Seklu 19 jew 20 mentri kif ukoll ġnien mentri tat-tieni tinsab fil-kampanja.

    L-unika binja mhux residenzjali fil-lista l-ġdida tal-postijiet skedati hija l-knisja l-antika tal-Manikata dedikata lil San Ġużepp u li nbniet fl-1920.

    Il-binjiet ġew skedati wara konsultazzjoni li l-Awtorita tal-Ippjanar għamlet mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0