Jekk se ssiefer għada aħsiblu... kif tista' taqbeż il-kju?

  • Aww 14, 2019 10:11
  • Miktub minn iNews
"

    Iktar minn 185,000 passiġġier mistenni jgħaddi mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa; ġimgħa li mistennija tkun l-iktar impenjattiva li qatt ra l-ajruport.
    Issa li ninsabu fl-eqqel tal-istaġun tas-sajf, l-Ajruport Internazzjonali qed jipprepara għall-influss qawwi ta’ passiġġieri li jġib miegħu x-xahar t’Awwissu. L-attività ġewwa l-ajruport mistennija tilħaq il- quċċata nhar il-15 t’Awwissu, meta madwar il-Gżejjer Maltin tiġi ċċelebrata l-festa pubblika ta’ Santa Marija. B’kollox, 182 tlugħ u nżul tal-ajruplani huma skedati għal dakinhar, filwaqt li l-movimenti tal- passiġġieri mistennija jaqbżu t-30,000 moviment.
    Madwar 2,000 passiġġier mistenni jgħaddi mill-ajruport f’temp ta’ siegħa fl-iktar ħinijiet impenjattivi matul Awwissu. Għalhekk passiġġieri li se jsiefru matul din il-ġimgħa huma mitluba jaslu l-ajruport mill-inqas sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq tat-titjira. Il-passiġġieri huma mistiedna wkoll jagħmlu użu mis- seating area l-ġdida tal-ajruport, fejn wieħed jista’ jistrieħ fil-kumdità jew jiċċarġja l-aġġeġġi tiegħu qabel ma jsiefer.
    Aqbeż il-Kju
    Passiġġieri li se jivvjaġġaw ma’ Lufthansa, Aegean Airlines, SAS Airlines, Turkish Airlines, British Airways jew Qatar Airways jistgħu jagħmlu użu mill-erba’ self-check-in kiosks li ġew installati fis-Sala tat-Tluq. Wara li jirreġistraw lilhom infushom għat-titjira, l-passiġġieri jkunu jistgħu jaqbżu l-kju u jħallu l-bagalji tagħhom mal-bank ta’ prijorità tal-kumpanija tal-ajru li jkunu se jsiefru magħha.
    Il-ħanut tad-Duty-Free tal-ajruport ukoll introduċa servizz ta’ xiri onlajn, li permezz tiegħu l-passiġġieri jistgħu jiffrankaw il-ħin billi sempliċiment jiġbru l-ordni tagħhom minn wieħed mill-kaxxiera tal-ħanut, huma u sejrin lejn il-gate tat-tluq tagħhom.
    Ħu ħsieb l-ambjent
    L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iħeġġeġ lill-passiġġieri biex inaqqsu l-impatt tal-ivvjaġġar tagħhom fuq l-ambjent billi jsegwu xi pariri sempliċi iżda effettivi. Fost il-pariri, li nħarġu bl-għan li jitnaqqas l-iskart iġġenerat f’kull stadju tal-vjaġġ tal-passiġġier, wieħed isib it-tnaqqis fil-piż tal-bagalji u l-użu ta’ trasport alternattiv lejn l-ajruport, kif ukoll l-użu ta’ fliexken li wieħed jista’ jimla mill-funtani tal-ilma li jinsabu mxerrda madwar l-ajruport.
    Oħloq mumenti speċjali
    Fi sforz biex jaċċerta li kull vjaġġ jibda jew jintemm bl-aħjar mod possibbli, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jaħdem id f’id ma’ għadd ta’ msieħba u partijiet interessati sabiex joffri sorpriżi sajfin lil passiġġieri ta’ kull età. Filwaqt li pastizzi, ġelati u luminati se jitqassmu fis-Sala ta’ Tluq kuljum, attivitajiet speċjali, immirati lejn l-40,000 tifel u tifla li se jivvaġġaw matul Awwissu, ma jonqsux.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0