“Il-maġġoranza tas-sidien tal-karozzini qegħdin jobdu l-liġi”

  • Aww 14, 2019 10:48
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Xahar wara li ġew implimentati regoli ġodda li jħarsu d-drittijiet taż-żwiemel fejn fost l-oħrajn iż-żwiemel m’għandhomx jaħdmu bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar u li jintużaw biss fi ġranet alternattivi, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri qal lil dan is-sit li l-maġġoranza tas-sidien tal-karozzini qegħdin jobdu l-liġi. Huwa qal li qegħdin jitwettqu numru ta’ ispezzjonijiet biex jaraw li dawn ir-regoli jiġu tassew implimentati u nstab li kien hemm sid ta’ karozzin li kien qiegħed jopera wara s-1.00p.m.

    Is-Segretarju Parlamentari sostna li din kienet deċiżjoni bilanċjata li toffri sens ta’ bilanċ bejn dak li hu trattament xieraq għall-annimali u l-aspett ekonomiku. Huwa qal ukoll li mill-ispezzjonijiet instab li ż-żwiemel qegħdin ikunu taħt it-tinda u saħaq li din id-deċiżjoni mhux ħa tiġi rtirata.

    Wara diskussjoni li saret, xahar ilu ddaħħal fis-seħħ avviż legali li jieħu konoxxenza tal-aktar perjodi sħan fis-sajf, tal-aktar ħinijiet sħan tas-sajf, tal-istress taż-żiemel fil-ħidma tiegħu b’mod ripetut, kif ukoll tat-tagħbija li jkun qiegħed iġorr.

    L-avviż legali introduċa diversi provedimenti fosthom li karozzini ma jistgħux jiċċirkolaw f’xi triq matul il-perjodu bejn l-ewwel ta’ Lulju u l-aħħar ta’ Awwissu, bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinar u filwaqt li żiemel ma jistax jintuża għal vjaġġi f’aktar minn tlett ijiem f’ġimgħa waħda.

    Wara li ttiehdu dawn id-deċiżjonijiet, dan il-ġurnal kien tkellem mal-President tal-Għaqda Karozzini Belt Valletta Kevin Debono li sostna li ma kinux mgħarrfa dwar dawn ir-regolamenti. Debono żied jgħidilna li kien proprju sena ilu meta Camilleri bagħat għalihom fejn hemmhekk saret laqgħa li minnha ma kien ħareġ xejn minn dawn il-proposti. Kompla biex jgħidilna li minħabba din ir-raġuni se jkunu qegħdin jikkontestaw dawn ir-regolamenti bil-Qorti fejn diġà ġie inkarigat l-avukat f’isem il-kuċċiera.

    Debono żied jgħid li biex ikun korrett fl-aħħar ġimgħat kien avviċinat mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali Noel Montebello, iżda qatt ma kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tant li l-istess Debono wieġbu ċar u tond li huma ma kienux se jaċċettaw dawn il-kundizzjonijiet..

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0