“Ma ġewx mitluba ma jagħmlux fjuri quddiem l-istatwa... ċert li se tkun imdawra b’għadd sabiħ ta’ fjuri” - L-Arċipriet

  • Aww 18, 2019 08:35
  • Miktub minn iNews
"

    Wara l-artiklu li deher ilbieraħ intitolat F’Ħaż-Żabbar… mhux fjuri quddiem il-Madonna imma flus għad-damask għax imqatta’, l-Arċipriet Evan Caruana kitbilna jikkjarifika xi punti dwar dan.

    Caruana beda biex jgħid li ż-Żabbarin ma ġewx mitluba ma jagħmlux fjuri quddiem l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja biex il-flus li soltu jintefqu fil-fjuri, jagħtuhom għall-proġett tad-damask. Kompla biex jgħid li ż-Żabbarin, u kull min jixtieq joffri l-fjuri, għandu l-liberta’ kollha li jagħmel hekk.  "Fil-fatt aħna persważi l-Madonna tal-Grazzja, anke dis-sena, bħas-snin l-imgħoddija, se tkun imdawra b’għadd sabiħ ta’ fjuri", kompla Caruana.

    L-Arċipriet tenna jgħid li tajjeb insemmu li din id-drawwa li minflok fjuri, min irid, jagħti donazzjoni għal xi kawża, ilha li bdiet Ħaż-Żabbar, u anke tinsab mifruxa f’diversi parroċċi oħra, minn kappillan li temm il-parrokat tiegħu fl-1998.  Jiġifieri, iż-Żabbarin ilhom is-snin jikkontribwixxu fl-iskema msejħa “fjuri li ma jinxfux”.

    Caruana temm jispjega li f’dawn l-aħħar sentejn, fil-fatt, fi żmien il-festa, kien inħoloq fond biex jinxtara lifter għall-armar tal-knisja u s-sena l-oħra, inħoloq fond biex jitħallas ir-restawr tal-kwadru titulari. Din is-sena, issa jmiss li jinbeda fond għall-proġett tad-damask, li żgur ħafna Żabbarin jixtiequ jarawh mibdul.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0