[AĠĠORNAT] L-Istat Iżlamiku responsabbli għall-attakk terroristiku f'Kabul

  • Aww 18, 2019 09:04
  • Miktub minn iNews
"

    Beda d-dfin tal-vittmi tal-attakk terroristiku f’Kabul. L-Istat Iżlamiku qiegħed jieħu r-responsabilità ta’ dan l-attakk. Fi stqarrija maħruġa minnhom huma qalu li wieħed mill-ġellieda tagħhom sploda lilu nnifsu filwaqt li oħrajn wettqu splussiv ieħor f’vettura pparkjata mal-wasla tas-servizzi tal-emerġenza.

    Il-President Ashraf Ghani kkundanna dan l-attak u ddeskrivieh bħala “attakk barbaru”. It-Talibani ċaħdu li kienu involuti u kkundannaw dan l-attakk.

    Qabel: Bomba li splodiet f’sala tat-tiġijiet f’Kabul ħalliet 63 persuna mejtin u aktar minn 180 midrubin.

    Skont ma’ qiegħed ikun irrapurtat jidher li l-aggressur sploda lilu nnifsu waqt ċerimonja ta’ tieġ. It-Talibani ċaħdu li huma kienu wara dan l-attakk. S’issa ħadd ma żamm ruħu responsabbli wara dan l-attakk.

    It-tiġijiet Afgani ħafna drabi jinkludu mijiet ta’ mistednin li jinġabru f’aktar minn sala waħda. Ħafna drabi l-irġiel ikunu mifrudin min-nisa u t-tfal.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0