Tfajjel fil-Ħabs wara argument ma' missieru u s-sieħba

  • Aww 18, 2019 13:43
  • Miktub minn iNews
"

    Żagħżugħ ta' 16-il sena minn Ħaż-Żabbar qed jinżamm taħt arrest wara li kien mixli li hedded lil missieru u lis-sieħba tiegħu.

    L-inċident seħħ is-Sibt 17 ta' Awwissu fid-dar li fiha jgħix ma' missieru u l-argument tant kiber li kellha tissejjaħ il-Pulizija li intervjeniet u arrestat lit-tfajjel.

    Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Simone Grech fejn ġie mixli li hedded lil missieru u lis-sieħba tiegħu, li weġġaha ħafif kif ukoll li żamm lilha u lil binha ta' erba' snin kontra l-volonta tagħhom.

    L-Ispettur Eman Yahman, li investiga l-każ, spjega lill-imsemmija maġistrat kif l-argument inqala wara li l-ġuvnott ried jibqa' id-dar waħdu.

    L-argument tant kiber li allegatament iż-żagħżugħ qabad 'harpoon' u ippuntah fid-direzzjoni tal-mara li spiċċat inqaflet f'kamra ma' binha.

    L-Avukat Fransina Abela, li qed tiddefendi lit-tfajjel, irrimarkat li l-ġuvni jbati mill-ADHD u sostniet li huwa vittma ta' ċirkostanzi tal-passat li ma kellux kontroll fuqhom.

    Hija talbet għall-ħelsien mill-arrest tiegħu fejn qalet li ommu, li kienet preżenti fl-awla, kienet lesta żżommu magħha fil-Furjana.

    Madankollu l-Ispettur Hayman oġġezzjona u sostna li din ma kinietx l-ewwel darba li nqalgħu l-problemi bejn iż-żewġ naħat.

    Il-Maġistrat Grech ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest bit-tfajjel jinħareġ mill-awla biex jittieħed il-Ħabs qalb l-ilfiq ta' ommu u l-wiċċ imħasseb ta' missieru.

    Isem il-ġuvni, missieru, is-sieħba tiegħu u binha ma jistgħux jixxandru fuq ordni tal-Qorti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0