‘Nisa tas-sess’ jobormu flus mingħand żgħażagħ ‘tal-Ingliż' f'Paceville

  • Aww 18, 2019 14:24
  • Miktub minn iNews
"

    Ġurnalista magħrufa  mis-Slovakja, Sussie Crocker, ġiet Malta b’urġenza għax ħasset li binha, Jacob, li għandu 18-il sena, allegatament ġie misruq minn flusu fi club f’Paceville. Tfajla talbitu  €300 għas-sess, mar mat-tfajla li talbitu s-sess jiġbed il-flus mill-ATM. Hi żammet il-kard u bagħtitu fil-club biex iġib il-kontraċettiv. It-tfajla immemorizzat in-numru, u waqt li ż-żagħżugħ mar għal kontraċettiv hi allegatament ġibditlu l-flus li kien fadallu.

    Inewsmalta hi infurmata li binha ġie Malta biex  jistudja l-Ingliż fi skola f’Malta. Allegatament xi ġimgħat ilu binha kien f’Paċeville. Mar ma sħabu, inkluż tifel ta’ l5-il sena fi club magħruf f’Paceville.

    Allegatament l-omm qed tgħid li kif wasal hemm avviċinatu mara sabiħa u allegatament offrietlu s-sess.  Talbitu €300. Allegatament Jacob mar magħha l-ATM u quddiemha ġibed €300. Hi żammet il-kard f’idejha u bagħtitu fil-club biex iġib kontraċettiv.

    Allegatament l-omm qed tgħid li kien f'dan il-ħin li din il-mara mmemorizzat in-numru tal-kard u mill-ATM ġibditlu kull ma kellu, jiġifieri €1400. Jidher li l-mara ma tagħtu ebda sess u meta pprotesta skont ommu l-uffiċjali tas-sigurtà allegatament daru għalih u heddewh li jekk ma jdabbarx rasu, se jispiċċa ħażin. Skond din il-ġurnalista din il-logħba ntużat ma’ wħud minn sħabu l-oħra inkluż it-tifel ta’ 15-il sena. Din fiha nnfisha hi attivita kriminali. Għax hi korruzzjoni tal-minnorenni. Jacob ċempel lil ommu li meta semgħet x'kien ġralu qabdet ajruplan dak il-ħin u ġiet Malta.

    Marret l-Għassa ta’ San Ġiljan biex tirrapporta u hi allegat li l-Pulizija wera nuqqas ta’ interess f’dak li ġralha. Allegat li lanqas biss għamel rapport u qaliha li min dawn il-każi ikollhom kuljum. Qalilha li binha kellu 18-il sena u ma hemm xejn kontra l-liġi li jmur jixrob fi club.  Skond l-omm dan il-pulizija li ħaditlu n-numru, “wera attitudni ta’ x’jimpurtani.”

    Hi kienet determinata li tmur lura pajjiżha  tagħmel sensiela ta’ artikli negattivi fuq Malta. Iltaqgħet il-Belt b’kumbinazzjoni ma’ persuna importanti li kkalmaha. Wara li semgħa l-istorja qabad mal-Ispettur tal-għassa ta’ San Ġiljan, Lerroy Balzan. Hu offra lil omm u lil binha biex imorru jagħmlu rapport uffiċjali fl-għassa. Jidher li dwar dan il-każ inkitbet ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija.

    Din l-omm saħqet li l-ministeru tal-edukazzjoni u  tat-turiżmu għandu jordna lil-iskejjel tal-ingliż biex l-għalliema jwiddbu lill-istudenti biex ma jixorbux u jiskrux u jevitaw clubs partikolari. Hu biss meta jirfsu mill-għatba l-ġewwa li dawm vittmi jindunaw li jkunu ġew mqarrqin.

    Hi qed tistenna li jkun hemm azzjoni  mill-għalliema, dawk il familji  li jżommu l-istudenti, il-ministeru tal-edukazzjoni u l-Ministeru tat- Turiżmu. Hi se tikteb li diversi ministri biex jingħaqdu ħalli din l-attività tiġi riżolta.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0