Żewġ tfajliet Maltin jiddaħħlu l-isptar Ġenerali ta' Għawdex wara li nqalbu bi quad bike f'Għawdex

  • Aww 18, 2019 16:26
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ tfajliet indarbu wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3.00 p.m kienu involuti f’inċident stradali li seħħ fi Triq ir-Rabat, in-Nadur Għawdex.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tfajla ta’ 23 sena residenti l-Imtarfa kienet tilfet il-kontroll ta’ quad bike Kymco MXU u nqalbet. Fuq il-quad bike kien hemm tfajla oħra tampara minn San Ġwann.

    Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajliet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Aktar tard it-tfajla li tirrisjedi San Ġwann ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri ġrieħi serji, filwaqt li l-ġrieħi tat-tfajla l-oħra għadhom iridu jiġu ċċertifikati.

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa B. Sultana li ħatret Inkjesta Maġisterjali.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0