Spanja toffri... il-kaptan jirrifjuta... jgħid li l-immigranti spiċċaw jiġġieldu bejniethom għax imkissrin psikoloġikament

  • Aww 18, 2019 16:51
  • Miktub minn iNews
"

    Qed ikun irrapportat li l-bastiment Open Arms, li issa fuqu għandu 105 immigrant irrifjuta li jivvjaġġa lejn Spanja. Dan wara li l-gvern Spanjol offra li jidħlu f’Algeciras fid-dawl li s-sitwazzjoni fuq il-bastiment marret għall-agħar.

    Kien il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez li ta l-awtorizazzjoni biex l-Open Arms jidħol f’pajjiżu u kkonferma li hu kien se jħejji l-port ta' Algeciras biex ikunu jistgħu jiddaħħlu l-immigranti.

    Il-kaptan tal-bastiment Marc Reig qal li l-immigranti huma mkissra psikolġikament u issa bdew jiġġieldu bejnithom. Qal li ma setax jigarantixxi s-sigurtà ta’ dawk fuq il-bastiment. Huwa żied jgħid li hija xi ħaġa impossibbli li jivvjaġġaw għal sitt ijiem sakemm jaslu lejn Spanja f'dawn il-kundizzjonijiet u li l-Italja għandha trattab qalbha quddiem din l-emerġenza umanitarja fi stat estrem.

    B'kollox hemm ftit aktar minn mitt immigrant abbord dan il-bastiment. Ħafna mill-immigranti kienu salvati fil-Libja fl-1 ta’ Awwissu. Biex ilhom bejn sema’ u ilma iktar minn ġimagħtejn.

    Fl-aħħar sigħat numru ta’ immigranti tniżżlu l-Italja anke jekk il-Ministru għall-Intern Matteo Salvini qal li din hija kontra l-politika tiegħu. Fost dawk li tniżżlu l-Italja kien hemm persuni li kellhom bżonn attenzjoni medika u s-27 persuna li ntqal li huma taħt l-età.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0