“Ewropa selettiva… tnessi lil dawk li mietu mgħarrqin” - L-Isqof t’Għawdex Mario Grech

  • Aww 18, 2019 18:33
  • Miktub minn iNews
"

    Quddiem is-saga ta’ xejn inqas minn 500 immigrant maqbudin bejn sema u ilma u oħrajn li sabu qabarhom fil-Mediterran, l-Isqof t’Għawdex, Mario Grech bla tlaqlieq iddikjara ma’ inewsmalta li l-Unjoni Ewropea qed tkun selettiva u waqt li tiftaħar kemm tat kenn lil immigranti qed tipprova tnessi dawk li mietu mgħarrqin. Jiddikjara li “l-Ewropa ma tridx tisma’ li l-immigranti huma “persuni” bħalna l-Ewropej”. Jgħid ukoll li “l-Ewropa skreppjat il-proġett politiku tal-fundaturi tagħha li kien jemmen fil-bniedem mhux inkwantu suġġett ekonomiku imma għax huwa persuna mżejna bid-dinjità li hija l-bażi tad-drittijiet fundamentali. “ Jgħidilna ukoll li pajjiżna ma jistax jitħalla waħda u li l-indifferenza tal-Ewropa qed trewwaħ ir-razziżmu.

    L-Isqof Mario Grech, fil-kummenti tiegħu lil inewsmalta qalilna li “kellu raġun il-Perit Mintoff meta ħareġ bl-espressjoni “Ewropa ta’ Kajjin”. Il-mod kif l-pajjiżi Ewropej qed jgħaddu biż-żmien lill-immigranti li qed jilagħbuha mal-mewt fil-Mediterran qed jagħtih raġun.”

    “Jisħaq li Kajjin qatel lil Abel għax beża' li dan kien theddida għal ġid li kellu, u agħar minn hekk, għax ma għarfux li huwa ħuh. Fir-rigward tal-immigranti l-Ewropa qed tagħmel l-istess: qed tikkunsidra lill-immigranti bħala problema ekonomika u soċjali. L-Ewropa ma tridx tisma’ li l-immigranti huma “persuni” bħalna l-Ewropej. Din l-Ewropa li tant tiftaħar bil-kisba tad-drittijiet umani kif tista’ toqgħod trankwilla meta hemm persuni li qed jissieltu biex ma jinbelgħux mill-baħar! L-Ewropa għandha memorja selettiva: tiftakar u tfakkar kemm huma l-immigranti li ngħataw kenn u tinsa’ u tnessi kemm immigranti ndifnu fil-Mediterran. L-Ewropa skrepjat il-proġett politiku tal-fundaturi tagħha li kien jemmen fil-bniedem mhux inkwantu suġġett ekonomiku imma għax huwa persuna mżejna bid-dinjità li hija l-bażi tad-drittijiet fundamentali.”

    Itenni li “għax tilfet din il-kuxjenza, l-Ewropa timita lil Kajjin ukoll meta l-kbir jisħaq taħt riġlejh lil Abel, ħuh iż-żgħir. Dan qiegħda tagħmlu mhux biss meta qed tqis bħala skart lil dawk il-persuni “ċkejknin” li qegħdin ifittxu futur, imma ukoll kif il-pajjiżi Ewropej il-kbar qed jitrattaw ma’ pajjiżi Ewropej ċkejknin bħalma huwa pajjiżna! Pajjiżna ma jistax jitħalla waħdu quddiem din l-isfida umana. L-indifferenza tal-Ewropa għat-talbiet ġusti ta’ pajjiżna qed tagħti l-okkażjoni lil min irid jiffumenta fostna r-razziżmu.

    Qal tajjeb ħafna l-Papa Franġisku meta sejjaħ lill-Ewropa “nanna” - l-Ewropa xjieħet u tilfet il-kapaċità ġenerattiva u kreattiva tagħha!’”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0