Il-murtali ‘kontroversjali’… jikkummenta dak li wellidhom

  • Aww 18, 2019 19:34
  • Miktub minn iNews
"

    Min hu dilettant tan-nar jaf li murtal jitwieled fl-art u jmut fl-ajru. Ħafna drabi dawn li huma involuti fil-piroteknika ftit li xejn jitkellmu fil-pubbliku b’mod partikolari dwar is-sengħa tagħhom. Ħafna drabi issibhom dejjem għaddejjin bil-ħidma fil-kmamar tan-nar, bogħod minn għajnejn in-nies. Fl-aħħar jiem  wieħed minn dawn il-pirotekiċi spiċċa f’kontroversja. Tella’ sett murtali miżbugħin suwed u fuqhom hemm l-emblema tal-Prussja, emblema li spiss  narawha f’dokumentarji martbutin man-Nażisti. 

    Quddiem din il-kontroversja, spiċċa ikkummenta l-awtur ta’ dawn is-sett ta’ murtali. Leli Vella mill-Mosta jgħid li “tistgħu timmaġinaw il-moral ta’ sna xogħol imsallab biex lestejt imbagħad jiġi ċuċ iħammeġ kull ħaġa magħha.”

    Minn naħa tiegħu l-attivist Jean Paul Borg, ikkummenta dwar dan ukoll. Hu kiteb li “għal ħafna snin kull murtal jifqa' s-sema bil-kuluri kien ifakkarni fil-vers "L-imħabba bħal murtal". Nhar l-Erbgħa, lejlet Santa Marija, għandi nkun fuq il-bejt ta' ommi u missieri biex bl-iskuża tal-murtali niltaqgħu, nixwu xi ħaġa u naraw dak kollu tiela' mill-kanen forsi mil u ftit ieħor lil hinn minna. Missieri jifraħ bihom, u daqstant ieħor ikun imsarnu f'saqajh għax il-ġenna tiegħu qiegħda ftit metri 'l bogħod minn fejn qed jinħaraq kollox u n-nar mhux dejjem jisfa’ fix-xejn fl-arja.”

    “Naf minn issa li dar-ritratt mhux se jħallini nara l-murtali li għandhom jimlew is-swidija tal-lejl bil-kuluri bl-istess lenti ta' qabel, jew bl-innoċenza li xi darba ta' tifel kont inħares lejhom. Lanqas mhu se jfakkruni li "L-imħabba bħal murtal. Se nħares lejhom b'diqa, se jsiru ħoss biss, l-istess bħall-bombi ta' filgħodu u niftakar li għallinqas ixxurtjat li l-ħoss jibqa' ħoss mhux theddida ta' tiġrif u taf l-aħħar nifs tal-ħajja. U li l-kuntradizzjonijiet ma jieqfu qatt. Kont naħseb li Santa Marija tfakkira ta' vapur li daħal fil-port u rejjaq lill-Maltin minkejja l-bombi Faxxisti u Nażisti”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0