Apple tinżel fir-raba’ post fil-bejgħ ta’ mobiles

  • Aww 18, 2019 20:27
  • Miktub minn iNews
"

    Apple niżlet fir-raba’ post fid-dinja fejn jidħlu bejgħ ta’ mobiles – hekk kif issa barra Samsung u Huawei, inqabżet ukoll minn Oppo, ditta Ċiniża tal-ismartphones li ftit li xejn hi magħrufa fl-Ewropa u fil-bqija tal-punent. Skont tagħrif ippubblikat mill-IFS, Apple biegħet 35.3 miljun iPhone fit-tliet xhur bejn April u Ġunju, għal total ta’ 11% tas-suq rispettiv. Oppo, li tela’ għall-ewwel darba fit-tielet post, biegħ 36.2 miljun telefon.

    Samsung saħħet il-pożizzjoni tagħha fil-quċċata ta’ din il-klassifika b’aktar minn 75 miljun mobile mibjugħ iżda aktar sorpredenti hu r-riżultat ta’ Huawei – li minkejja l-ostakli li sab f’xi pajjiżi tal-Punent, fuq quddiemnett l-Istati Uniti li anke projbiet il-bejgħ, poġġa fis-suq aktar minn 60 miljun mobile. 

    It-tnaqqis tal-bejgħ ta’ iPhones kien b’rata rekord fl-ewwel tliet xhur tas-sena u t-tendenza kompliet fit-tliet xhur ta’ wara. L-iPhones huma responsabbli għal ftit anqas min-nofs tad-dħul ta’ Apple hekk kif il-kumpanija qed tesperjenza aktar tkabbir fi prodotti oħra, bħal Apple Watch.

    Skont esperti tas-suq, it-tnaqqis fil-bejgħ ta’ iPhones hu dovut għal żewġ fatturi: il-prezz relattivament ogħla minn tal-kompetituri jwassal biex il-konsumaturi jdumu ma jibdlu l-iPhone tagħhom aktar milli jdumu utenti ta’ ditti oħrajn. Barra minn dan, il-prezz tal-mudelli tal-Apple jillimita x-xiri minn konsumaturi fi swieq emerġenti. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0