Messaġġ fi flixkun li tħalla minn baħħar Russu jinstab 50 sena wara

  • Aww 19, 2019 12:23
  • Miktub minn iNews
"

    Tfittxija minn raġel fl-Alaska wasslet għal sejba differenti minn dak li kien qiegħed ifittex.

    Tyler Ivanoff sab messaġġ miktub bir-Russu fi flixkun u ddeċieda li jxerred ritratt fuq Facebook u talab traduzzjoni. Irriżulta li l-ittra inkitbet minn baħħar li kien abbord vapur Russu fl-20 ta’ Ġunju 1969.

    Ivanoff qal li kif lemaħ il-flixkun bla ma ried għelbitu l-kurżità, ġabru u wara li fetħu, anke jekk bi ftit sforz mhux ħażin, sab il-messaġġ li kien għadu f’kundizzjoni tajba ħafna qalb riħa ta’ alkaħol li kien fih il-flixkun.

    Il-Media Russa ħadet interess f’dan il-messaġġ u baqgħet sakemm sabet l-awtur, Cpt Botsanenko li llum jgħodd 86 sena u li meta skopra li l-messaġġ tiegħu kien instab tant snin wara nfaqa jibki.

    Ivanoff żied jikkummenta li hu probabbilment jitħajjar jagħmel bħalma għamel il-baħħar Russu waqt li jkun ma’ uliedu fuq il-baħar bħala esperiment. Huwa qal li tkun xi ħaġa sabiħa li tibat messaġġ u tara jekk jasalx għand xi ħadd u jekk stess jasal kemm idum biex jagħmel dan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0