“Il-maltemp għandu jsaħħaħna!”... Dione Borg jressaq proposti li jemmen li jistgħu jgħinu fir-riforma tal-PN

  • Aww 19, 2019 19:57
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar sigħat l-ex kandidat għall-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Dione Borg qal li wara li fl-1 ta' Lulju li għadda kiteb lill-Kumitat Eżekuttiv tal-PN biex jibda proċess immedjat ta' riforma fil-Partit, fl-aħħar ġranet ressaq numru ta' proposti f'dan il-kuntest lil Dr.Louis Galea.

    Il-proposti tiegħu jiffukaw fuq:

    -L-identità tal-PN; it-twemmin u l-valuri

    -Ħolqien ta' Issues Groups fuq temi politiċi u soċjali biex ifasslu l-politika tal-PN

    -Rwol iktar politiku għall-Kumitati Sezzjonali u Distrettwali

    -Tisħiħ tal-Kumitat Eżekuttiv u dak Amministrattiv Separazzjoni bejn ir-rwol tal-Grupp Parlamentari u t-Tmexxija tal-PN

    -Ħolqien ta' spazji politiċi ġodda fil-Partit

    -Riforma fil-kompożizzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-PN

    -Ħolqien ta' kummissjoni li tiskrutinja lill-kandidati kollha fi ħdan il-PN għall-karigi kollha

    -Ħolqien ta' team li jiffoka fuq il-programmi elettorali b'mod kontinwu

    -Identifikazzjoni ta' kandidati ġodda tul il-ħames snin

    Borg temm jgħid li "Dmirna hu li nipparteċipaw fir-riforma tal-PN għall-ġid tad-demokrazija. Il-prijorità f'dan il-mument hi li nsaħħu l-Partit. 

    “Il-maltemp għandu jsaħħaħna!”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0