Mariano Diaz ferm viċin Roma

  • Aww 21, 2019 00:43
  • Miktub minn iNews
"

    L-attakkant ta’ Real Madrid, Mariano Diaz, aċċetta l-offerta ta’ Roma sabiex matul dan ix-xahar jissieħeb magħhom taħt il-gwida tal-coach Paulo Fonseca. Id-diriġenti tal-club mill-belt kapitali Taljana qed jaħdmu sabiex jagħmlu dan it-trasferiment realtá. Madankollu hemm intopp li jista’ jżomm din it-trattativa minħabba li l-Giallorossi jridu jbiegħu lill-attakkant Ċek, Patrick Schick, sabiex ikollhom flus biżżejjed biex imorru għal Diaz.

    Wara li l-attakkant l-ieħor Edin Dzeko ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Roma, il-coach Paulo Fonseca jrid skorer prolifiku ieħor sabiex jgħaqqad il-metodu tattiku offensiv tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0