Patrik Schick fir-radar ta’ Leipzig

  • Aww 21, 2019 00:51
  • Miktub minn iNews
"

    Il-club Ġermaniż li jilgħab fil-Bundesliga Red Bull Leipzig qed isegwi sew il-progress tal-attakkant ta’ Roma Patrik Schick. Il-player ta’ 23 sena mhuwiex fil-pjani tal-coach ta’ Roma Paulo Fonseca għall-istaġun li ġej. Leipzig iridu lil Schick fuq bażi ta’ self b’għażla li jixtruh għall-istaġun ta’ wara.

    Schick ingħaqad ma’ Roma fis-sena 2017 mingħand Sampdoria iżda ddiżappunta ferm fiż-żmien li għamel fil-belt kapitali Taljana. Huwa kellu sensiela ta’ injuries u dan effettwalu l-preżenzi tiegħu fil-ground. Ma’ Roma hu lagħab 46 partita u skorja biss ħames goals.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0