Il-Pulizija għadha tinvestiga l-mewt ta' Charlene Farrugia

  • Aww 21, 2019 08:24
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija ma qalitx jekk hux se tressaq lir-raġel suspettat li qatel lil Charlene Farrugia.

    Għalkemm it-testijiet tad-DNA ikkonfermaw li l-fdalijiet umani li nstabu viċin Bieb il-Belt huma tagħha s'issa ma hemmx ħjiel jekk il-każ se jispiċċax fil-Qorti u meta.

    Kelliema għall-Pulizija qaltilna li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin u ma jkunx prudenti li jitkellmu f'dan l-istadju.

    Farrugia, li kellha 25 sena, kienet irrappurtata nieqsa 11-il sena ilu u kien f'Lulju li għadda li l-Pulizija ġiet infurmata li l-fdalijiet tagħha kienu fl-inħawi biswit il-lukanda Phoenicia fil-Furjana.

    L-informazzjoni dwar is-sejba ngħatat minn John Paul Charles Woods, ir-raġel ta' 39 sena li nqabad jipprova jwettaq 'hold-up' f''confectionery' fil-Gżira.

    Kien waqt l-interrogazzjoni b'rabta mas-serqa li huwa jidher li ta lill-Pulizija d-dettalji ta' fejn kienu l-fdalijiet ta' Farrugia.

    Wara li tressaq fil-Qorti, ammetta u kien kundannat seba' snin ħabs dwar is-serqa, l-investigaturi għażlu li jistennew t-testijiet fuq l-għadam biex jistabilixxu jekk il-fdalijiet kienux tat-tfajla kif fil-fatt irriżulta mit-test tad-DNA.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0