Il-Kardinal Pell jitlef appell fuq każi ta’ abbużi sesswali fuq tfal… imma l-battalja se tkompli

  • Aww 21, 2019 08:40
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kardinal Awstraljan George Pell, li kien instab ħati ta’ abbużi sesswali fuq tfal, tilef parti oħra mill-battalja u dan hekk kif tilef l-appell quddiem il-Qorti Awstraljan.  Dan ma jfissirx li l-battalja hi mitmuma.

    Il-Qorti tal-Appell fl-Awstralja kkonfermat il-ħtija tal-Kardinal Pell, fejn hu kien instab ħati li abbuża sesswalment minn żewġ abbatini.  It-telf ta’ dan l-appell se jfisser li hu se jibqa’ jiskonta is-sentenza fil-ħabs.

    Il-Kardinal George Pell kien intbagħat sitt snin ħabs talli abbuża sesswalment minn żewġ tfal membri tal-kor tal-Knisja. Il-każi ġraw tul is-snin disgħin.

    L-eks teżorier tal-Vatikan, li għandu 77 sena, u konsulent għoli tal-Papa Franġisku, huwa l-aktar figura Kattolika prominenti li nstab ħati ta’ reati sesswali fil-konfront ta’ tfal.

    Il-Kardinal Pell f’Diċembru li għadda kien instab ħati li abbuża sesswalment lil tifel ta’ 13-il sena li kien membru tal-kor tal-knisja fis-sagristija tal-Katidral ta’ San Patrizju f’Melbourne.

    Pell kien baqa’ jiċċassa lejn l-Imħallef hekk kif sar jaf id-destin tiegħu – sentenza li tfisser li jaf imut waqt li jkun qed iservi s-sentenza ta’ priġunerija.

    Fir-rimarki tiegħu, li kienu mxandrin mill-awla mad-dinja kollha, il-Prim Imħallef tal-Qorti ta’ Melbourne sejjaħ ir-reati mwettqin minn Pell bħala “estremament arroganti” u li l-abbuż tiegħu wassal għal “ħsara serja u dejjiema”.

    Saħaq li hekk kif il-kardinal xorta għadu jiċħad li wettaq ir-reati u qed jappella mis-sentenza, il-Prim Imħallef Kidd saħaq li Pell mhu qed juri l-ebda sinjal ta’ rimors li seta’ jwasslu biex inaqqas il-piena.

    Pell kien jokkupa l-kariga ta’ teżorier tal-Vatikan sa Frar li għadda, u preċedentement kien meqjus bħala kandidat b’saħħtu biex jilħaq Papa.

    Maġistrat Awstraljan kien iddeċieda li hemm biżżejjed evidenza biex jgħaddi ġuri fuq ċerti akkużi imma mhux fuq oħrajn. Il-Kardinall Pell ta’ 76 sena, huwa wieħed mill-ogħla uffiċjal Kattoliċi fl-Awstralja u wieħed mill-aktar uffiċjali b’saħħithom fil-Vatikan.

    Hu kien eskortat bil-għajnuna ta’ numru ta’ uffiċjali tal-pulizija hekk kif daħal minn quddiem għexieren ta’ rappreżentanti tal-midja u membri tal-pubbliku li stennewh dieħed il-qorti ta’ Melbourne.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0