[FILMAT] Qatgħa fjammingi tittajjar madwar il-kosta ta' Malta bdiet tonqos fi ftit sigħat - BirdLife

  • Aww 21, 2019 11:58
  • Miktub minn iNews
"

    BirdLife Malta fi stqarrija maħruġa minnha qalet li qatgħa fjammingi li fl-aħħar sigħat kienet qiegħda tittajjar madwar il-kosta ta’ Malta bdiet tonqos fin-numru matul il-ġurnata tal-bieraħ. Waqt li xi frieħ niżlu qalb in-nies f’postijiet differenti għax għejew, oħrajn spiċċaw fil-mira tal-kaċċa illegali, b’wieħed minnhom jitniżżel fl-inħawi magħrufin bħala l-Munxar. Fjammingu ferħ ieħor b’feriti gravi nġabar minn Marsaxlokk u ttieħed għand veterinarju tal-gvern li kkonferma li kellu tiri ta’ senter.

    Fjammingi żgħar oħrajn spiċċaw maqbudin fuq l-art u nġabru biex jittieħdu għand il-veterinarju. Wieħed inġabar minn uffiċjali tal-ERA f’Daħlet Qorrot f’Għawdex u ieħor inġabar aktar kmieni mill-istess BirdLife Malta mill-bajja tal-Għadira. Dalgħodu nġabar ieħor minn tas-Safra mill-Għaqda Kaċċaturi San Umbertu u ġie mgħoddi lil BirdLife.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0